OPR- Il-Hamis, 20 ta` Mejju 2004, Valletta

 


IL-PRESIDENT JINAWGURA L-FIERA TAL-VOLONTARJAT


“Ghalija kull min jahdem fil-qasam tal-volontarjat huwa gharef. Gharef ghax jaf li d-dinja ma tibdiex u tieqaf ma persuntu.”

 

Il-President ta` Malta, E.T. Dr. Edward Fenech Adami, qal dan meta inawgura ufficjalment is-sitt edizjoni tal-Fiera tal-Volontarjat 2004, fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar, li ser tkun miftuha sa nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju.

 

Il-President Fenech Adami qal li filwaqt li x-xoghol volontarju jaf jaghti sodisfazzjoni personali, jgib mieghu wkoll il-ferh li wiehed jircievi meta tiddedika l-hin tieghek ghal min hu fil-bzonn. Huwa rrimarka wkoll dwar l-imrar u l-frustrazzjoni li xoghol daqshekk impenjattiv jista` jgib mieghu. “Imma xorta tibqghu ghaddejjin.” zied jghid il-President, “Ghalhekk jien inqis lil min jahdem f’dan il-qasam bhala gwerrier ghat-tajjeb. Intom taslu fejn il-Gvern ma jasalx.”

 

Il-President ta` Malta jiltaqa` ma` membri ta` ghaqdiet volontarji

Il-President ta` Malta jiltaqa` ma` membri ta` ghaqdiet volontarji

Il-President ta` Malta jiltaqa` ma` membri ta` ghaqdiet volontarji

 

F’din il-Fiera, li ilha tigi organizzata ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, jippartecipaw madwar 120 organizzazzjonijiet volontarji li lkoll jahdmu fil-qasam socjali. Permezz ta` din il-fiera, il-pubbliku jinghata l-opportunita` sabiex jiltaqa` ma` diversi gruppi volontarji u jsir jaf x’servizzi dawn qeghdin joffru. Wiehed mill-iskop ta` din il-fiera huwa wkoll li tinkoragixxi iktar membri tal-pubbliku sabiex jinvolvu ruhhom f’ghaqdiet simili. Din il-Fiera, twassal sabiex tizdied il-ko-ordinazzjoni bejn l-istess l-ghaqdiet.

 

Prezenti ghall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sur Alfred Calleja, il-ko-ordinatur tal-Fiera u s-Sur Anton Vassallo, il-President ta` l-Assocjazzjoni ta` l-NGO’s f’Ghawdex. L-inawgurazzjoni kienet tinkludi wkoll it-tberik mill-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca.

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP