OPR - L-Erbgha, 23 ta' Marzu, 2005

 


TFAL TA’ L-ISTITUTI MISTIEDNA TAL-PRESIDENT FIL-KASTELL TAL-VERDALA


 

Numru sabiħ ta’ tfal mill-Istitut ta’ San Ġużepp ta’ Ħaż-Żabbar u minn Angela House ta’ Guardamangia għaddew il-ġurnata fil-Kastell ta’ Verdala bħala l-mistiedna tal-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami.

 

Matul din il-ġurnata dawn it-tfal kellhom l-opportunita’ li jżuru l-Kastell. Huma ngħataw tagħrif dwar dan il-bini importanti li fl-imgħoddi sewa bħala residenza sajfija għall-Gran Mastri u l-Gvernaturi.

 

Grupp tal-Boys Scouts  minn tas-Sliema, li qegħdin jikkampjaw fil-masġar ta’ madwar il-Kastell, ħejjew ukoll diversi logħob edukattiv u ta’ divertiment għal dawn it-tfal kif ukoll ippreparawlhom l-ikel ta’ nofsinhar fejn hawnhekk ingħaqdu magħhom il-President u s-Sinjura Fenech Adami.

 

Il-President esprima l-pjaċir tiegħu li dawn it-tfal laqgħu din l-istedina għal ġurnata ta’ rikreazzjoni fl-isfond tal-Kastell Verdala.

 

Il-President u is-Sinjura Fenech Adami jitkellmu mat-tfal ta' l-istitut

 Il-President u is-Sinjura Fenech Adami jitkellmu mat-tfal ta' l-istitut

Il-President Fenech Adami saħaq li għandha tinħoloq kuxjenza dwar il-wirt kulturali ta’ pajjiżna sa minn eta’ żgħira u dan wassal sabiex jiftaħ il-kanċell tal-Kastell għal dawn iċ-ċkejknin li jirrapreżentaw il-poplu matur tal-ġejjieni.

 

Il-President żied jgħid wkoll li din kienet l-ewwel waħda minn numru ta’ attivitajiet li fihom il-pubbliku ser jkollu aċċess għal dan is-sit hekk storiku u majestuż.

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP