OPR -  Il-Gimgħa, 21 ta' Dicembru, 2007

 


JITQASSMU DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND


 

 

Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami dalgħodu ppreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund.  Id-donazzjonijiet li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod u  tgħamir speċjalizzat fost l-oħrajn,  jammontaw għas-somma ta’ Lm17,059. (€39,740).

 

Is-27 assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw mid-donazzjonijiet huma: Attention Deficit Hyperactivity Disorder (Family Support Group), Coeliac Association Malta, Dar Ġilji Bojod, Daughters of the Sacred Hearth (Christ the King Convent), Dominican Sisters (Victoria Gozo), Fatima House, Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ San Ġwann, Pax et Bonum Convent Mosta, Good Shepherd Sisters San Ġwann, Kummissjoni Emigranti u Refuġjati Għawdex, Loyola House, Maltese Society for the Transportation of the sick to Lourdes, Parroċċa Madonna tal-Karmnu Fleur-de-Lys, Parroċċa Sant’Anna Wied il-Għajn, Prison Fellowship Malta, Qalb ta’ Ġesu’, Kummissjoni Pastorali Persuni b’Diżabilita’, Richmond Foundation, SOS Malta, St. Catherine’s Home, St Domenic Home, STAND, Suret il-Bniedem, Uffiċċju ċentrali ‘Ejjew Għandi’, Angela House, The Friends (Gozo) u YMCA.

 

Fis-sena 2007, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm28,226 (€65,750) lil assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt li iktar minn 30,000 individwu ngħataw bejniethom is-somma totali ta’ Lm466,344 (€1,086,289) biex b’hekk din is-sena, il-Malta Community Chest Fund qassmet is-somma totali ta’ Lm494,570 (€1,152,038).

 

Il-President irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li dejjem wera solidarjeta’ u ġenerożita’ liema bħala u li permezz tagħha, il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tilħaq lil dawk fil-bżonn. Il-President irringrazzja wkoll lill-volontiera li jaħdmu mal-Fond tax-xogħol dedikat tagħhom. Il-President Fenech Adami żied jgħid li f’okkażjonijiet bħal dawn tinħass waħda mill-karatteristiċi tal-poplu Malti li hija s-solidarjeta’, karatteristika ta’ poplu li jimpurtah u li jħoss li għandu jgħin lil kull min hu fil-bżonn.

 

President Fenech Adami jippreżenta donazzjonijiet f'isem il-Malta Community Chest Fund

President Fenech Adami jippreżenta donazzjonijiet f'isem il-Malta Community Chest Fund

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP