OPR - It-Tnejn, 21 ta' Marzu, 2005
TQASSIM TA’ RIGALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ L-GĦID LIL TFAL TA’ DIVERSI ISTITUTI F’GĦAWDEX
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami flimkien mas-Sinjura Fenech Adami dalgħodu qassmu bajd ta’ l-Għid lil tfal minn diversi istituti f’Għawdex f’isem il-‘Malta Community Chest Fund.’
It-tfal li bbenifikaw minn din l-għotja huma dawk ġejjin mid-dar tat-tfal Lourdes Home, l-Arka Foundation u l-organizzazzjoni OASI. Il-bajd ta’ l-Għid ngħataw wkoll lil tfal li jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u oħrajn ġejjin minn familji fil-bżonn.
Wara din il-preżentazzjoni li saret fil-Children’s Ward, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex il-President u s-Sinjura Fenech Adami ltaqgħu u tkellmu mat-tfal li jinsabu għall-kura fl-Isptar.
Waqt din il-preżentazzjoni l-President u s-Sinjura kienu akkumpanjati mis-Supretendent ta’ l-Isptar Dr. Anthony Livori.

|
HOME | GOV.MT | CIMU | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |