OPR - It-Tlieta, 18ta' Marzu, 2008
IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI JQASSMU RIGALI TA' L-GĦID
LILL-GĦAQDIET TAL-KARITA' F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami, f’isem il-Malta Community Chest Fund fil-Palazz il-Belt ippreżentaw numru ta’ bajd tal-Għid lil ħamsa u għoxrin organizzazzjoni tal-karita` f’Malta. Il-President b’sodisfazzjon qal li bil-fondi mogħtija b’ġenerożita` u solidarjeta` mill-pubbliku, il-Community Chest Fund tgħin lil dawk li jirrikorru għandha għal diversi forom ta’ għajnuna.
Illum is-Sinjura Fenech Adami żaret it-tfal fl-Isptar Mater Dei li ngħataw ukoll rigali.
Nhar il-Ħamis fl-Arka Foundation u Dar Ġużeppa Debono f’Għajnsielem, is-Sinjura Fenech Adami ser tagħti rigali lil ħdax-il istituzzjoni Għawdxija.



|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |