OPR - L-Erbgħa 23 ta' Awissu, 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-EMIGRANTI MALTIN


 

Il-President ta’ Malta l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami illum iltaqa’ ma’ grupp ta’ emigranti Maltin li bħalissa qegħdin għall-btala f’Malta

 

Il-President esprima l-pjaċir tiegħu għal din iż-żjara ta’ kortesija li issa saret avveniment annwali.  Il-President sejjaħ lil dawn il-Maltin li qed jgħixu barra minn xtutna bħala ambaxxaturi ta’ dik li hija l-identita’ Maltija u saħaq fuq l-importanza li ngħożżu l-valuri li jiddistingwuna bħala Maltin.

 

 

Huwa żied jgħid li dawn il-Maltin, huma l-konferma tar-rabta li żammew ma’ Malta u mal-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin.

 

Il-Monsinjur Philip Calleja u Fr. Alfred Vella li kienu qegħdin jakkumpanjaw il-grupp, irringrazzjaw lill-President f’isem l-emigranti Maltin għall-laqgħa tagħhom fil-Palazz il-Belt, Valletta.

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP