OPR -  L-Erbgħa 21 ta' Novembru, 2007

 


IL-PRESIDENT JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET TA’ L-GĦARB


"Hu ta’ sodisfazzjon li f’komunità ssib l-għaqdiet volontarji tal-lokal li jiġbru r-residenti flimkien u f’raħal ċkejken ta’ l-Għarb joħolqu spirtu qawwi ta’ komunità," qal il-President ta’ Malta, Dr. Eddie Fenech Adami waqt laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ tlettax-il għaqda volontarja fl-Għarb.

 

Il-President irrimarka illi ħafna minnhom jinkoraġġixxu l-valuri nsara li jagħmlu parti mill-karattru tal-poplu Malti u Għawdxi.  Il-President Fenech Adami qal li hu ta’ unur bħala nazzjon li minkejja d-dinja globalizzata, fejn il-valuri nsara qegħdin kontinwament jiġu attakkati, ir-rabta mar-reliġjon għadha ħajja u parti mill-identità Maltija.

 

Il-President faħħar l-idea oriġinali tal-grupp Għaqda Koppji Miżżewġin li jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu diversi temi.

 

Il-President Fenech Adami awgura suċċess lill-għaqdiet kollha sabiex b’ottimiżmu jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom fir-raħal u li l-Kunsill Lokali jkompli jagħti l-appoġġ lill-għaqdiet volontarji.

 

Il-President ikompli biż-żjara tiegħu fl-Għarb nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru, fejn jiltaqa’ mar-residenti.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP