OPR - Il-Ħadd, 20 ta' Mejju

 


 

L-PRESIDENT FIL-GĦARGĦUR
 


Il-President u s-Sinjura Fenech Adami, illum il-Ħadd temm is-żjara uffiċjali tiegħu fil-Għargħur, waħda miż-żjarat li jagħmel fuq stedina tal-Kunsilli Lokali.

 

Fl-identita` tal-Għargħur wieħed jara li tinkludi karatteristici sbieħ bħala lokal pittoresk, imdawwal fuq għolja imdawwra bl-għelieqi u li jħares fuq  il-ftuħ il-baħar

 

Fil-komunita’ issib bosta mir-residenti nvoluti f’ħidma varja volontarja sew b’impenn religjuż kif ukoll kulturali u sportiv, li biha s-sena kollha jkunu attivi biex iżommu l-ispirtu komunitarju ħaj.  Ir-rabta’ mat-tradizzjonijiet ma tonqosx anke fil-ġurnata tal-llum nhar Lapsi, meta bħal kull sena, r-residenti tar-raħal jagħmlu pellegrinaġġ mill-Għargħur sas-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa bħala wegħda li kienet saret minn missrijietna fl-1521 sabiex il-furbani ma jattakkawx ir-raħal tal-Għargħur.

 

Il-President Eddie Fenech Adami, flimkien mas-Sindku, Mario Gauci, żar lil Bertu Sant li jrabbi n-naħal u  Joe Zarb li jiddedika l-ħin tiegħu għar-restawr ta’ l-armar tal-festa.    Is-Sinjura Fenech Adami, akkumpanjata minn Anna Maria Gauci, mart is-Sindku, żaret xi familji u s-sorijiet Franġiskani.

 

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami attendew il-quddiesa fil-parroċċa u wara ltaqgħu mar-residenti fuq iz-zuntier fejn kienu servuti kafe u pastizzi, użanza tradizzjonali Maltija antika fl-ibliet u r-rħula Maltin wara l-quddiesa tal-Ħadd.

 

Il-President żar ukoll it-Torri Semaforu, li l-Kunsill Lokali qed jaħseb biex jirrestawra, il-Kappella ta’ Santa Marija tal-Żellieqa kif ukoll il-każin tas-Soċjeta’ Filarmonika San Bartolimew.

 

Fi żjara lill-Kunsill Lokali, il-President Fenech Adami rringrazzja lis-Sindku Mario Gauċi u l-membri tal-Kunsill Lokal għal ħidma tagħhom u għall-appoġġ li jagħtu lill-għaqdiet voluntarji.

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma' Bertu Sant

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma' Bertu Sant

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma' Bertu Sant


 

Is-Sinjura Fenech Adami tilaqa' mas-sorijiet tal-Franġiskani

 

Is-Sinjura Fenech Adami tilaqa' mas-sorijiet tal-Franġiskani

Is-Sinjura Fenech Adami tilaqa' mas-sorijiet tal-Franġiskani

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP