OPR - L-Erbgħa, 16 ta' Mejju

 


 

IL-PRESIDENT IJŻUR L-ISKEJJEL FIL-GĦARGĦUR

 


 

Il-President Eddie Fenech Adami llum beda ż-żjara uffiċjali fil-Għargħur bl-laqgħa  ma’ l-istudenti u għalliema.

 

Il-President faħħar l-impenn ta’ l-għalliema fl-iskola Primarja Karmnu Sant, li qegħdin jagħtu taħriġ inklussiv. Il-President irrefera għall-Innu ta’ l-iskola li bih l-istudenti jħossuhom parti minn skola li qed tinkoraġġihom minn tfulijthom jiżviluppaw ħilithom għal ġid tagħhom u għall-futur.

 

Il-President Fenech Adami faħħar l-inizjattiva tal-librerija pubblika li tinsab fl-istess skola u qal li b’hekk l-iskola qed twassal messaġġ ta’ l-importanza tal-qari mhux biss lill-istudenti iżda wkoll lir-residenti tal-Għargħur.  Il-President awgura suċċess lill-istudenti u rringrazzja lill-għalliema għad-dedikazzjoni li biha jgħallmu lill-istudenti. Il-President qal li l-fatt li l-Kunsill Lokali jikkopera u jgħin l-iskola huwa ta’ eżempju għal mod kif aktar ġid jista’ jinkiseb fl-edukazzjoni ta’ l-istudenti.

 

Il-President ta’ Malta żar l-istudenti ċkejknin tal-Kindergarten immexxija mis-Sorijiet Franġiskani fejn il-President wera l-apprezzament tiegħu għall-messaġġ tal-valuri nsara li s-sorijiet jgħaddu lill-istudenti sa minn eta’ daqshekk żgħira.

 

Il-lejla l-President mistenni jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji reliġjużi, politiċi, sportivi, kulturali u oħrajn.

 

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju, il-President  u s-Sinjura Fenech Adami ser jattendu għall-quddiesa fil-knisja tal-Parroċċa u wara jiltaqgħu mar-residenti.  Is-Sinjura Fenech Adami ser iżżur familji.

 

Il-President jiltaqa' ma l-istudenti ċkejknin fil-Kindergarten immexxija mis-sorijiet Franġiskani

Il-President jiltaqa' ma l-istudenti ċkejknin fil-Kindergarten immexxija mis-sorijiet Franġiskani

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP