OPR - Il-Ħadd 22 ta' Ottubru, 2006
IL-PRESIDENT TA’ MALTA FI ŻJARA FL-UNGERIJA
Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu, Dott. Edward Fenech Adami ħalla Malta llum filgħodu, il-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2006, għal Budapest, fl-Ungerija.
Il-President Fenech Adami, flimkien ma’ numru ta’ Kapijiet ta’ l-Istat oħrajn,
ser jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamsin Anniversarju tar-Rivoluzzjoni
Ungeriża u l-Ġlieda għall-Ħelsien ta’ l-1956 f’Budapest, fuq stedina tal-President
ta’ l-Ungerija, l-Eċċellenza Tiegħu László Sólyom.
Il-President mistenni lura Malta nhar it-Tnejn 23 ta’ Ottubru 2006.
Fl-assenza tal-President Fenech Adami, Dott. George Hyzler ser ikun Aġent
President ta’ Malta.
- - - - - -
Il-President
ta' Malta milqugħ
minn l-E.T László Sólyom, fi State Opera House fl-Ungerija
Il-President
ta' Malta waqt ic-cerimonja tat-tlugħ
tal-bandiera tar-Repubblika ta' l-Ungerija fi pjazza Kossuth
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |