OPR -  L-Erbgħa 19 ta' Marzu, 2008

 


TFAL  MINN ANGELA HOUSE MISTIEDNA TAL-PRESIDENT FIL-PALAZZ VERDALA

 


Tfal minn ‘Angela House’, Gwardamanġa, kienu mistiedna mill-President u s-Sinjura Fenech Adami fil-ġonna tal-Palazz Verdala biex jingħaqdu mas-Sliema Boy Scouts u dawk tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi li qegħdin jikkampjaw fil-masġar. L-iscouts ħejjew diversi logħob edukattivi għal dawn it-tfal kif ukoll ippreparawlhom l-ikel ta’ nofsinhar.

 

Il-President Eddie Fenech Adami, li flimkien mas-Sinjura Fenech Adami, iltaqa’ ma’ dawn it-tfal u s-sorijiet li jieħdu ħsiebhom, wera s-sodisfazzjon tiegħu għas-solidarjeta` li urew l-iscouts ma’ tfal oħra bħalhom matul il-jum.

 

It-tfal żaru l-Palazz Verdala li fl-imgħoddi kien residenza sajfija għall-Gran Mastri u l-Gvernaturi. 

 

 

 Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqaw mat-tfal minn Angela House ta' Gwardamanga

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqaw mat-tfal minn Angela House ta' Gwardamanga

 


 

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' mal-Boy Scouts ta' tas-Sliema

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' mal-Boy Scouts ta' tas-Sliema

 

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' mal-Boy Scouts ta' tas-Sliema

 

 


 

 

 

Il-President jsegwi eżerċizzju ta' co-ordinazzjoni mill-Boy Scouts tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi

 

Il-President jsegwi eżerċizzju ta' co-ordinazzjoni mill-Boy Scouts tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP