OPR - It-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2007
JITQASSMU L-FLUS LI NĠABRU MILL-ISTRINA 2006
Fil-Palazz, il-Belt, fil-preżenza tal-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami, ic-Chairman tal-PBS, is-Sur Joe Fenech Conti qassam is-somma ta’ Lm418,551 (€975,223) li nġabret waqt il-programm l-Istrina 2006.
Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm ukoll is-Sur Andrew Psaila, Chairman tat-Team ta’ l-Istrina.
Bħas-snin ta’ qabel, nofs is-somma imsemmija, li nġabret mill-programm l-Istrina 2006 ingħatat lill-Malta Community Chest Fund u n-nofs l-ieħor lill-assoċjazzjonijiet oħrajn li kienu applikaw għall-għajnuna, li huma:
· A.D.H.D. Family Support Group
· Angela House
· Assocjazzjoni Voluntarji Lourdes
· Domus Maria
· Down Syndrome Association
· Eden Foundation
· Ethiopia – Angels Children’s Home
· Fondazzjoni Nazareth
· Guide Dogs Foundation – Malta
· LAND Group
· Malta Dementia Society
· Malta Red Cross Society (Gozo Branch)
· Malta Wireless and Talking Books for the Blind
· Multiple Sclerosis Society of Malta
· Razzett tal-Ħbiberija
· Ursoline Sisters
Il-President ta’ Malta Dr Eddie Fenech Adami rringrazzja lill-Poplu Malti tal-kontribut tiegħu sabiex jintlaħqu ħafna nies fil-bżonn. Il-President ta’ Malta sostna li l-Maltin huma ġenerużi u solidali lejn min ikollu bżonn l-għajnuna. Ta’ kull sena L-Istrina turi dan is-sens ta’ solidarjeta’ li jagħmel parti mill-karatteristika tal-Poplu Malti. Il-President Fenech Adami żied jgħid ukoll illi mingħajr l-Istrina, l-Community Chest Fund titlef ħafna mill-għajnuna li tagħti.
Il-President wera l-apprezzament tiegħu lejn l-organizzaturi u n-numru kbir ta` voluntiera, il-GO, id-ditti ta’ awdituri u lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni li kienu wara s-suċċess ta’ l-Istrina 2006.
Il-President Fenech Adami appella lill-Poplu Malti u Għawdxi sabiex jerġa` jagħti l-kontribut finanzjarju u wkoll is-support tiegħu għall-Istrina 2007 li ser issir fid-29 ta’ Dicembru.
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |