OPR- Il-Gimgha, 13ta`Awissu - Naxxar

 


IL-PRESIDENT JZUR IL-MARATONA TAL-VOLLEYBALL ORGANIZZATA MILL-MOVIMENT KERYGMA


“Din il-maratona saret tradizjoni fejn iz-zghazagh juru li huma lesti li jmexxu ’l quddiem il-valur tas-solidarjeta`.”

 

L-Eccellenza Tieghu, il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami qal dan meta ltaqa` ma` bosta partecipanti u voluntiera li qed jiehdu sehem fil-maratona tal-volleyball organizzata mill-Kerygma, fic-Centru tal-Fieri, fin-Naxxar.

Il-President Fenech Adami jiltaqa mal-partecipanti tal-maratona

Il-President Fenech Adami jiltaqa mal-partecipanti tal-maratona

 

Filwaqt li esprima l-pjacir tieghu li ghal darb’ohra qed jzur dan l-avveniment annwali, il-President spjega kif il-kelma tradizzjoni tfisser li thares u tmexxi ‘l quddiem dak kollu li huwa tajjeb sabiex tghaddih lil ta` warajk.  “Dan huwa li qed taghmlu issa”, kompla l-President, “li tigu hawn u taghtu”.

 

Il-President Fenech Adami zied jghid li l-hajja taghna sabiex jkollha valur veru trid tkun il-hin kollu ghotja.  “Intom iz-zaghzagh, permezz ta` l-Isports qed taghtu s-sens tal-valur tas-solidarjeta`, valur ewlieni biex is-socjeta` tkun b’sahhitha”

 

F’kelma ta` kuragg ghal dawn iz-zaghzagh li qed jaghmlu sighat twal taht is-shana tax-xemx ghal skop nobbli, l-Eccellenza Tieghu qal li l-fatt li hemm nies li qed jaghtu d-donazzjoniojiet jfisser li l-messagg qieghed jasal.

 

Il-President Fenech Adami irringrazzja lil kull min qed jaghti kontribut f’dan l-avveniment ghall-isforz, l-ezempju u l-valur li qedhin jaghtu.

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP