OPR -  Il-Ħadd, 4 ta' Mejju  2008

 


IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI F’LOURDES


 

Il-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami ħallew Malta kmieni dalgħodu, il-Ħadd 4 ta’ Mejju għal Lourdes, Franza bħala mistiedna ta’ l-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta.

 

F’Lourdes, il-President u s-Sinjura Fenech Adami, ser jingħaqdu mal-membri ta’ l-Ordni u ma’ grupp ta` morda sabiex jieħdu sehem fil-ħamsin anniversarju mill-ewwel pellegrinaġġ organizzat għall-morda Maltin, li jaħbat ukoll mal-150 anniversarju minn meta il-Madonna deheret lill-Bernardette Soubirous.

 

Il-President mistenni lura Malta nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju.

 

Fl-assenza tal-President Fenech Adami, Dott George Hyzler ser jkun Aġent President ta’ Malta.

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP