OPR - It-Tnejn, 3 ta' April, 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA MISTIEDEN JINDIRIZZA L-PARLAMENT EWROPEW L-GĦADA  LI  JGĦALAQ SENTEJN  PRESIDENT


Nhar it-Tlieta, 4 ta’ April, l-E.T. il-President  ta’ Malta Dr. Eddie Fenech Adami, sentejn mill-ħatra tiegħu bħala President ta’ Malta, ser iħalli Malta għal Strasbourg, fejn nhar il-Erbgħa, 5 ta’ April  se jindirizza lill-Parlament Ewropew.

Din ser tkun l-ewwel darba li Kap ta’ l-Istat Malti ser jindirizza l-Parlament Ewropew.  Id-diskors tal-President ser isir bil-Malti, waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fi Strasbourg, il-President Malti mistenni jiltaqa` mas-Sur Josep Borrell Fontelles, President tal-Parlament Ewropew u flimkien ser jindirizzaw lill-media.

Laqgħa  oħra ser tkun mas-Sindku ta’ Strasbourg, is-Senatur Fabienne Keller. Il-President mistenni lura Malta nhar il-Ħamis 6 ta’ April, 2006.

Fl-assenza ta’ Dr. Fenech Adami, Dr. George Hyzler ser ikun qed iservi bħala Aġent President ta’ Malta.


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP