OPR - Il-Tlieta, 20 ta' Diċembru, 2005
DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami llum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, lifts u apparat speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm20,935.
It-tletin assoċjazzjoni u istituti li bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma: l-Adult Training Centre for people with Special Needs, Angela House, Caritas Malta Epilepsy Association, Casa Leone XIII, Conservatorio Vincenzo Bugeja, Criminal Justice Bureau, Dar Sant’ Anna, Daughters of the Sacred Heart, Dominican Sisters, Fra Diego Home, Għaqda Żgħażagħ b’Diżabilità, Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, Living Ability not Disability, Malta Cochlear Implant Association, Mattew 25, Museum Bniet Dingli, Mużew ta’ Bormla, Multiple Sclerosis Society of Malta, OASI Foundation, Physically Handicapped Rehabilitation Centre, Prison Fellowship Malta, Resource Centre, St. Catherine’s Home, St. Joseph’s Home, St. Luke’s Hospital (Psychiatric unit) St. Peter’s Home, STAND, Suret-il Bniedem, Ward u Zgħar u YMCA.
Ta’ min isemmi illi din is-sena, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm42,743 lil assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt illi madwar 3000 individwu ngħataw bejniethom is-somma totali ta’ Lm442,409 biex b’hekk il-Malta Community Chest Fund qassmet is-somma totali ta’ Lm485,152 fis-sena 2005.
Il-President Fenech Adami rringrazzja lil pubbliku Malti għall-ġenerożità tiegħu. Permezz ta’ dan il-kontribut kif wkoll tax-xogħol dedikat tal-volontiera, il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tilħaq il-bżonnijiet ta’ dawk li jeħtieġu l-għajnuna, żied jgħid il-President Fenech Adami.
|
HOME | GOV.MT | CIMU | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |