OPR - It-Tlieta, 17, Ottubru, 2006

 


DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND


Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami llum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod u apparat speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm13, 493.

 

Wieħed u għoxrin assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw mid-donazzjonijiet huma: CAM (Coeliac Assoc. Malta), Central Office “Ejjew Għandi”. Dar  Ġuzeppa Debono, Dar Immakulata Kunċizzjoni, Dar Qalb ta’  Ġesu’, Dar Sawra, Dar Tereża Spinelli, Daughters of the Sacred Heart, Down Syndrome Association, Franciscan Missionaries of Mary, Friends of the Sick and the Elderly, Good Shepherd Convent,  Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, LAND (Living Ability not Disability), Maltese Society for the Transportation of the Sick to Lourdes, Osanna Pia, Prison Fellowship Malta, Society of Jesus, Solidarity Overseas Service, St. Patrick’s Residential Children Services u  St. Peter’s Home.  

 

Din is-sena, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm28,553 lil assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt li 2,611 individwu ngħataw bejniethom is-somma totali ta’ Lm317,831 biex b’hekk din is-sena, il-Malta Community Chest Fund sax-xahar ta’ Settembru qassmet is-somma totali ta’ Lm346,384.

 

Il-President Fenech Adami rringrazzja lill-pubbliku Malti għall-ġenerożita’ tiegħu għaliex huwa biss permezz tad-donazzjonijiiet li tirċievi, li l-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tgħin lil dawk kollha fil-bżonn. Il-President qal li din hija karatteristika tal-poplu Malti li jaf ikun solidali u li jimpurtah minn nies ta’ madwaru. Il-President faħħar ix-xogħol siewi tal-volontarjat, li jgħin lil ħafna nies sabiex jgħixu ħajja aħjar.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP