OPR - It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2006

 


DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND


Il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami f’isem il-Malta Community Chest Fund, illum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja jammontaw għas-somma ta’ Lm14,560.

Is-sbatax-il assoċjazzjoni u istituti li bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma:

Apap Institute, Dar Santa Tereża, Fatima Hostel, Friends of the Sick and the Elderly in Gozo, Harm Reduction Shelter (CARITAS), Holy Family Home, Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b’Diżabilita’, Malta Red Cross Society Gozo Branch, Malta Wheelchair Dancesport Association, Oratorju Dun Bosco, Piccola Casa di San Giuseppe, Preca College Foundation, Razzett tal-Ħbiberija, Saint Jeanne Antide Welfare Campaign, Tal-Ibragg Hospital, Talking Book Library u Dar it-Tama.

Ta’ min isemmi illi minn Jannar 2006 sa l-aħħar ta’ April 2006, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm141,074.80c lil assoċjazzjonijiet filantropiċi,  istituti u individwi.

Il-President Fenech Adami qal li l-Malta Community Chest Fund tipprova tilħaq lil dawk li huma fil-bżonn u dan tista’ tagħmlu biss bil-ġenerożita’ u l-kontribut tal-pubbliku Malti. Il-President iddeskriva lil poplu Malti bħala wieħed solidali u li jimpurtah minn ħaddieħor u “din il-karatteristika narawha f’okkażjoni bħal tal-lum”.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP