OPR- Il-Gimgha, 4 ta` Gunju 2004, Hamrun

 


DONAZZJONI TA` LM10,000 GHAL COMMUNITY CHEST FUND MILL-LICEO DUN GUZEPP ZAMMIT BRIGHELLA


L-E.T. Il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami gie ipprezentat bis-somma ta` Lm10,000 ghal Malta Community Chest Fund waqt li kien qed jzur il-Liceo   tas-Subien, Dun Guzepp Zammit (Brighella) fil-Hamrun.

 

Fix-xahar ta` Marzu, il-Liceo organizza Maratona tar-Roti ta` 50 siegha, taht il-patrocinju tal-Community Chest Fund, bl-iskop li jingabru l-fondi ghat-tfal morda bil-kancer. F’din l-attivita` kienu ppartecipaw numru kbir ta` studenti mill-istess skola, u studenti mill-iskejjel sekondarji tas-subien ta` l-Mtarfa, Marsa u B’Kara (Naxxar Annex).

Il-President jinghata cekk bis-somma migbura 

Il-President jinghata cekk bis-somma migbura

Il-President ta` Malta, filwaqt li esprima l-pjacir tieghu li qed izur din l-iskola li twaqqfet madwar 50 sena ilu, wera s-sodisfazzjoni tieghu li permezz ta` din il-Maratona l-istudenti rnexxielhom jigbru din is-somma sabiha ghal min hu fil-bzonn.

 

Il-President qal li “l-Poplu Malti huwa maghruf li huwa poplu generuz ghax wara din il-hegga fl-ispirtu li nigbru dawn il-flus, hemm l-ghozza tas-solidarjeta`”

 

Il-President Fenech Adami qal li fis-socjeta` insibu ruhna f’cirkustanzi li jaghmluna differenti minn xulxin, xi drabi dawn id-differenzi jizvantaggawna bejnietna stess. Il-President kompla jghid  li b’hekk, is-sens ta` solidarjeta` ghandu jkun mezz biex naghtu kas lil min ghandu bzonn lilna biex intaffu t-toqol ta` dawn l-izvantaggi u noholqu gustizzja mhux f’pajjizna biss, izda anke lil hinn minn xtutna.

 

“Is-solidarjeta` irridu nghixuha kuljum fil-hajja taghna, fid-decizjonijiet li niehdu sabiex igawdi minnha kulhadd. Is-solidarjeta` irridu nghixuha u nissolidawa kuljum ghal gid ta` kulhadd.”

 

Filwaqt li ta l-awguri tieghu lill-istudenti ghal ezamijiet li qeghdin fil-vicin, il-President Fenech Adami qal li “huwa importanti li tkunu tajbin akkademikament izda huwa wkoll importanti li trabbu karattru mrawwem bil-valur ta` solidarjeta` li r-rizultat tieghu qeghdin hawnhekk niccelebrawh illum.”

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP