OPR - It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2007

 


 

DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
 


Il-President u s-Sinjura Fenech Adami f’isem il-Malta Community Chest Fund, illum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti f’għajnuna finanzjarja jammontaw għas-somma ta’ Lm11,167 (€26,012.11).

 

Rappreżentanti ta’ l-Arka Respite Centre, Casa Leone XIII, Ċentru Nazaret, Ċentru Sagra Familja, Dar Parrokkjali, Victoria, Gozo, Dar Sagra Familja, Dar Stella Maris, Department of Libraries and Archives, Fra Diego Home, Franciscan Sisters of the Heart of Jesus, Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b’Diżabilita’, Little Sisters of the Poor, Lourdes Home, Malta Resource Centre for Civil Society and Non-Governmental Oganisations, Malta Society of the Blind, Porziuncola Retreat House, Prison Fellowship Malta, Richmond Foundation, St. Peter’s Home u Third World Group irċevew id-donazzjonijiet.

 

Minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta’ April 2007, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm180,000 (€419,287.21) lil aktar minn elf individwu f’għajnuna fi bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum, f’għajnuna finanzjarja lil persuni li jakkumpanjaw pazjenti għall-kura medika barra minn Malta u pazjenti li jkollhom bżonn jixtru mediċini li jqumu l-flus.

 

Il-President Fenech Adami rringrazzja lil pubbliku Malti tal-ġenerożita’ li dejjem wera’ lejn il-Malta Community Chest Fund li tipprova dejjem tilħaq dawk fil-bżonn li jitolbu l-għajnuna.

 


 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP