OPR - Il-Ħamis, 14 ta' Lulju, 2005

 


DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND


 

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami illum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, lifts u apparat speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm13,530.

 

L-għoxrin assocjazzjoni u istituti  li bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma: l-Adult Training Centre for people with special needs, CAM Coeliac Association Malta, Fatima House, Franciscan Sisters, Friends of the Sick and the Elderly in Gozo, Ġebel San Martin, Għaqda Żgħażagħ b’Diżabilita’, Holy Family, Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, Kummissjoni Ħidma għall-morda u persuni b’diżabilita’, Little Sisters of the Poor, Malta Society of the Blind, Malta Resource Centre, Maltese Society for the Transportation of the Sick to Lourdes, Mission Fund, Oratorju Don Bosco, Osanna Pia, Piccola Casa di San Giuseppe, Richmond Foundation u T.A.M.A.

 

 

 

Ta’ min isemmi illi fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju 2005, il-Malta Community Chest Fund qassmet is-somma ta’ Lm247,000.

 

Il-President Fenech Adami qal li għal ħafna snin, il-Malta Community Chest Fund setgħet tagħti l-għajnuna lil dawk fil-bżonn grazzi għad-dedikazzjoni tax-xogħol volontarju kif ukoll għall-kontribut finanzjarju tal-pubbliku Malti. Il-President ta’ Malta  qal li “din tal-lum hija okkażjoni li turi l-valur tas-solidarjeta’ li għandna fil-komunita’, karatteristika tal-poplu Malti.”

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP