OPR - Il-Ħadd, 7 ta' Mejju, 2006

 


'IL-KOMUNITA’ TAL-MELLIEĦA TAGHTI VALUR LIL DAK KOLLU LI JAGĦMILNA MALTIN' -  IL-PRESIDENT TA’ MALTA FIL-MELLIEĦA


“Il-Mellieħa lokalita’ mill-isbaħ u b’karatteristiċi li jirriflettu l-identita’ tal-poplu Malti permezz ta’ ħidma mill-volontarjat ” qal il-President Eddie Fenech Adami  lill-Kunsill Lokali fl-aħħar jum ta’ żjara uffiċjali fil- Mellieħa.

 

Il-President sostna li l-esperjenza tiegħu fil-Mellieħa kienet pożittiva: il-Mellieħa hija lokalita’ vibranti b’komunita’ li tagħti valur lil dak li jagħmilna Maltin. Iż-żjara fl-iskola Primarja Marija Bambina bl-organizazzjoni u l-armonija tagħha, il- laqgħa li kellu  madwar erbgħin organizazzjoni volontarja  dedikati għall-ġid tal-komunita’ flimkien ma’ l-esperjenzi  ta’ llum il-Ħadd, mill-quddiesa ta’ kmieni sa ż-żjarat fil-każini u għaqdiet sportivi, kulturali u religjużi,  seta` jara  frott ħidmiet il-mexxejja tagħhom flimkien mal-Kunsill Lokali.

 

Il-President sostna li n-numru ta’ nies li jattendu l-quddies jixhed li l- Mellieħa għandha l-valuri ta` l-komunita`  ħajja madwar il-Knisja u hija solidali.

 

Il-President Fenech Adami, filwaqt li rringrazzja lis-Sindku s-Sur John Buttigieg u l-Kunsilliera ta’ l-istedina tagħhom, faħħar l-impenn tal-Kunsilliera li filwaqt li jżommu l-armonija bejniethom u bejn il-komunita’,  jixhdu li permezz tal-Kunsill Lokali irnexxielhom joħolqu dinamiżmu li hu rifless fid-diversi għaqdiet fil-Mellieħa.

 

Il-President żar il-Parroċċa Marija Bambina, is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u l-mużew, il-Mellieħa Nursery fil-ground ta’ Pennellu u l-proġett ta’ biswietu, kif ukoll mal-membri tal-Mellieħa Sports Club, is-Soċjeta’ Filarmonika La Vittoria, il-Banda Imperial, l-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina u lill-George Fenech pittur li bl-arti  tiegħu qed jimmortalizza ħafna xeni tal- Mellieħa.

 

Il-President iltaqa’ maż-żgħażagħ tal-Mellieħa  fiċ-ċentru parrokkjali kif ukoll ippreżenta t-trofej lil uħud mir-rebbieħa tal-Maratona organizzata mill-Mellieħa Athletics.

 

 Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma wieħed mir-residenti tal-Mellieħa wara li spiċċat il-quddies

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma wieħed mir-residenti tal-Mellieħa wara li spiċċat il-quddies

 

Il-President Fenech Adami mas-Sindku John Buttigieg u atleta ċkejjken qabel il-preżentazzjoni tat-trofej lir-rebbieħa tal-maratona

Il-President Fenech Adami mas-Sindku John Buttigieg u atleta ċkejjken qabel il-preżentazzjoni tat-trofej lir-rebbieħa tal-maratona

 

Il-President jidher mat-tfal tal-kor ta' l-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina

Il-President jidher mat-tfal tal-kor ta' l-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP