OPR -  Is-Sibt 1 ta' Dicembru, 2007

 


IS-SINJURA FENECH ADAMI IŻŻUR PAZJENTI MALTIN FI SPTARIJIET FIR-RENJU UNIT


 

Is-Sinjura Mary Fenech Adami ħalliet Malta dalgħodu għar-Renju Unit. 

 

Is-Sinjura Fenech Adami, li hi wkoll Vice Chairman tal-Malta Community Chest Fund, ser iżżur il-pazjenti Maltin rikoverati fi sptarijiet fir-Renju Unit. 

 

Il-Malta Community Chest Fund tagħti għajnuna sew lil dawk li jkollhom bżonn ta’ medicini speċjali f’mard serju kif ukoll lil dawk li jakkumpanjaw lil pazjenti Maltin li jkollhom bżonn kura barra minn Malta. Dan hu possibbli bl-għotjiet waqt l-Istrina u b’attivitajiet oħra li jsiru matul is-sena. 

 

Is-Sinjura Fenech Adami mistennija lura Malta nhar il-Ħamis, 6 ta’ Diċembru 2007.


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP