OPR - Il-Ħamis, 16 ta' Novembru, 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI  FIN-NADUR


 

F’laqgħa li kellu ma’ l-għaqdiet volontarji tan-Nadur, il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami qal li bil-ħidma tagħhom dawn l-għaqdiet qegħdin jagħtu kontribut siewi lill-komunita’ tan-Nadur 

 

Il-President qal li t-tletin għaqda fin-Nadur qegħdin jagħmlu ħilithom sabiex itejbu u jsebbħu r-raħal b’kordinazzjoni mal-Kunsill Lokali u jsaħħu l-identita’ tiegħu espressa fl-istorja u l-valuri li jħaddan. Il-President irrimarka li l-maġġoranza ta’ dawn l-għaqdiet huma marbuta mal-presenza qawwija fil-Knisja Kattolika f’pajjiżna.   

 

Il-President żied jgħid li dawn  l-għaqdiet iservu wkoll biex joħolqu komunita’ magħquda, mhux individwalista u jagħmlu parti essenzjali mis-soċjeta’ ċivili. 

 

Il-President Fenech Adami filwaqt li esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji, awguralhom suċċess fil-ħdima tagħhom sabiex jiddefendu l-valuri komuni. 

 

Il-President ta’ Malta jkompli ż-żjara uffiċjali tiegħu fin-Nadur nhar il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2006.

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP