OPR - Il-Ħadd, 19 ta' Novembru, 2006

 


IL-PRESIDENT FIN-NADUR


 “In-Nadur għandu identita’ b’komunita’ li tħaddan numru sabiħ ta’ għaqdiet  volontarji li jiddistingwuh mill-irħula l-oħrajn.” qal il-President Eddie Fenech Adami fi tmiem żjara uffiċjali fin-Nadur meta awgura l-bini l-ġdid tal-Kunsill Lokali,  fil-presenza tal- Viċi Prim Ministru u Minstru għal Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg, il-Ministru ta’ Għawdex l-Onor. Giovanna Debono u  mexxejja ta’ l-għaqdiet tal-lokal. Kien hemm ukoll rappreżentanti minn Kunsilli Lokali ta’ pajjizi oħrajn: Cicciano, Baveno u Bucine mill-Italja, Parisot minn Franza u Vyshny Volochok mir-Russija.

 

Il-President qal illi l-motivazzjoni tar-residenti tan-Nadur sabiex jħarsu l-karatteristiċi Maltin tidher mhux biss fil-attivitajiet reliġjużi, kulturali u sportivi marbutin mal-kalendarju annwali, iżda kuljum bil-ħidma ta’ l-għaqdiet li qegħdin iżommu komunita’ ħajja.

 

Il-President qal li kien ta’ pjaċir għalih jżur dan ir-raħal fejn seta’ jara l-impenn  siewi tal-Kunsillieri kollha, jaħdmu viċin ħafna ta’ l-għaqdiet, li f’laqgħa magħom nhar il-Ħamis esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għall-għajuna li jirċievu mill-Kunsill Lokali.

 

Il-President Fenech Adami wara li attenda quddiesa ikkonċelabrata minn Monsinjur Arċisqof Mario Grech, kien milqugħ mill-Imnarja Folk Group fuq iz-zuntier bi żfin folkloristiku u kostumi tradizzjonali sinonimi mal-festa ta’ l-Imnarja. Il-President żar wkoll is-Sur Frans Camilleri magħruf  għas-suċċess tiegħu fit-tpinġija bil-ħalq, l-Mnarja Philarmonic Society u t-tfal tal-Football Nurseries waqt li kienu qegħdin jitħarrġu fil-Peter Paul Camilleri Football Grounds.

Il-President Fenech Adami meta ltaqa' mal-pittur Frans Camilleri

Il-President Fenech Adami meta ltaqa' mal-pittur Frans Camilleri

 

Il-President Fenech Adami jippreżenta trofew lil wieħed mit-tfal tan-Nadur Football Nursery

Il-President Fenech Adami jippreżenta trofew lil wieħed mit-tfal tan-Nadur Football Nursery

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP