OPR -  Il-Ġimgħa, 23 ta' Mejju 2008

 


IL-PRESIDENT JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI FIN-NAXXAR


 

Il-President Eddie Fenech Adami kellu laqgħa ma’ l-għaqdiet volontarji fin-Naxxar fejn sema’ ħidmiethom u wkoll l-inzjattivi tagħhom: tagħlim nisrani, kulturali u sportivi fejn is-solidarjeta’ tispikka.

 

Il-President Fenech Adami qal li l-għaqdiet volontarji fl-ibliet u rħula għandhom funzjoni importanti ħafna għax joħolqu sens ta’ solidarjeta’ bejn il-membri tal-komunita’.

 

Il-President qal li l-fatt li ħafna minn dawn l-għaqdiet huma marbutin ma’ l-ħdima fil-parroċċa juri wkoll is-sens tal-valuri nsara li ngħożżu aħna bħala Maltin, valuri li jagħmlu parti mill-identita’ tagħna lkoll u fuq kollox jirriflettu li l-komunita’ hija ħajja.

 

Sadanittant, il-President flimkien ma’ s-Sinjura Fenech Adami jkompli ż-żjara uffiċjali tiegħu fin-Naxxar il-Ħadd 25 ta’ Mejju 2008.

 

President Eddie Fenech Adami waqt il-laqgħa ma' l-NGOs fin-Naxxar

 

 

Il-President Eddie Fenech Adami waqt il-laqgħa ma' l-NGOs fin-Naxxar


 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP