OPR -  Il-Ġimgħa, 23 ta' Mejju 2008

 


Il-PRESIDENT JIBDA ŻJARA UFFIĊJALI FIN-NAXXAR


Il-President ta’ Malta l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami illum beda żjara uffiċjali fin-Naxxar meta flimkien mas-Sindku Dr. Maria Deguara,  iltaqa’ ma` diversi żgħażagħ fl-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary School fejn segwa re-enactment ta’ parti mid-Divina Commedia, żifna medjavali u apprezza esibizzjoni ta’ diversi pitturi f’ġieħ l-istess xogħol ta’ Dante.  Dan kollu kien parti minn proġett ta’ kompetizzjoni li l-iskola ħadet sehem fiha bit-tema L’Italiano in Piazza.

 

Il-President ta’ Malta iltaqa’ ukoll maż-żgħażagħ fl-Istitut ta’ l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni (MCAST) tan-Naxxar fejn  segwa lill-istudenti f’diversi workshops ta’ kostruzzjoni tal-ġebel, kif ukoll fix-xogħol ta’ l-injam u materjal ieħor.

 

Il-President Fenech Adami esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara mill-qrib il-ħidma u l-entużjażmu taż-żgħażagħ.  Qal li dan kollu juri l-aspett pożittiv tal-ġenerazzjoni żagħżugħa li lesta taħtaf l-opportunitajiet li jeżistu fil-qasam edukattiv li f’pajjiżna laħaq livell għoli.  Huwa faħħar l-impenn ta’ l-għalliema u awgura lill-istudenti suċċess fil-karriera tagħhom, biex fil-futur viċin, tkun mezz ta’ għajxien għalihom u li jikkontribwixxu għall-ġid tal-pajjiż.

 

Il-President Fenech Adami żar ukoll it-tfal ċkejknin ta’ Victoria Nursery kif ukoll iltaqa’ ma’ l-istudenti u l-ġenituri ta’ l-iskola primarja Dun Karm Scerri fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali fejn ittellgħet Healthy Fun Day.  Hawnhekk il-President Fenech Adami  faħħar l-impenn ta’ l-għalliema li qed jagħtu importanza mistħoqqa lill-attivitajiet sportivi sabiex l-istudenti jiżviluppaw il-karattri tagħhom b’mod sħiħ.

 

Il-President żar id-Design and Technology Learning Centre li toffri taħriġ f’diversi software lill-għalliema u anke lill-istudenti ta’ l-iskejjel tal-gvern madwar Malta.  L-iskola irnexxiela takkwista wkoll is-software ProDESKTOP bla ħlas, spiża li setgħet tammonta għal iktar minn 17 il-miljun Ewro. Is-software jservi bħala għodda ta’ disinn tridimensjonali adattata għall-istudenti tas-sekondarja.

 

Il-President ta’ Malta llejla jkompli jiltaqa’  ma’ l-għaqdiet volontarji tan-Naxxar.

 

President Eddie Fenech Adami visits Victoria Nursery in Naxxar, accompanied by Mayor Dr Maria Deguara and Head of Nursery Marie Galea.

President Eddie Fenech Adami visits Victoria Nursery in Naxxar,

accompanied by Mayor Dr Maria Deguara and Head of Nursery Marie Galea.
 

 

President Eddie Fenech Adami with Ms. Pauline Miceli, Head of Giovanni Curmi Higher Secondary School in Naxxar.

 

President Eddie Fenech Adami with Ms. Pauline Miceli, Head of Giovanni Curmi Higher Secondary School in Naxxar.

Dr Maria Deguara, Naxxar Mayor was also present.
 

 

President Eddie Fenech Adami visiting workshops at the Institute of Building and Construction Engineering – MCAST, Naxxar, accompanied by Institute Head Mr. James Pearsall and Dr Maria Deguara, Naxxar Mayor.

President Eddie Fenech Adami visiting workshops at the Institute of Building and Construction Engineering – MCAST, Naxxar, accompanied by Institute Head Mr. James Pearsall and Dr Maria Deguara, Naxxar Mayor.

 

President Eddie Fenech Adami with Dun Karm Scerri Primary students during a Healthy Fun Day at the Basketball Pavilion, Ta’ Qali.

President Eddie Fenech Adami with Dun Karm Scerri Primary students during a Healthy Fun Day at the Basketball Pavilion, Ta’ Qali.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP