OPR -  Il-Ħadd, 25  Mejju 2008

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA FIN-NAXXAR


Meta ndirizza l-Kunsilliera fi tmiem iz-zjara uffiċjali ta’ jumejn fin-Naxxar il-President irrimarka li fin-Naxxar hemm komunita’ attiva u solidali fejn il-ħidma tal-Kunsill Lokali u ta’ l-għaqdiet volontarji qed toħloq sens ta’ identita’. Iltaqgħa  wkoll mal-Kunsill Lokali taz-Zgħazagħ u mas-sotto kumitat ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

 

Dalgħodu l-President u s-Sinjura Fenech Adami wara li semgħu quddiesa fil-Parroċċa tal-Vittorja żammew l-uzanza li fl-laqgħat uffiċjali tagħhom jiltaqgħu mar-residenti tal-lokal għal kafe u pastizzi fuq iz-zuntier. 

 

Il-President akkumpanjat mis-Sindku tan-Naxxar, Dr Maria Deguara, iltaqa’ mal-vittmi tat-tragedja ta’ l-ispluzjoni tal-logħob tan-nar li seħħet fit-12 ta’ Marzu 2008. Il-Kunsill Lokali fetaħ kont fil-bank għal fond komuni bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja lil dawn il-vittmi. Il-President qal li d-donazzjonijiet jixhdu is-sens ta’ solidarjieta’ tan-Naxxarin u tal-Maltin ma’ ħuthom li wħud minnhom tilfu darhom jew garbu ħsarat kbar.

 

Il-President iltaqa’ maz-zgħar jittrenjaw fil-Naxxar Lions Football Club Nursery, u zar is-sit tas-Santwarju Nazzjonali Gesu Ħniena Divina li għandu jservi ta’ Ċentru Pastorali kif wkoll il-Kazin ta’ l-Għaqda Muzikali Vittoria, Naxxar.

 

Laqgħa interessanti kienet ta’ dik ma’ wieħed mill-ftit ħaddieda li fadal fin-Naxxar: Michael Scerri magħruf ukoll bħala Mikiel il-Muzzan li wiret is-snajja minn missirijietu u li  issa qiegħed jgħaddiha lill-uliedu.

 

Il-President Eddie Fenech Adami iltaqa’ ma’ l-artist magħruf Luciano Micallef u n-Nutar Joe Spiteri li għandu 88 sena u li serva bħala Ministru tax-Xogħlijiet u Djar fl-1962 u Ministru tal-Kummerċ, Industrija u Agrikoltura bejn l-1966 u l-1971.

 

Is-Sinjura Fenech Adami, akkumpanjata mill-Onor Louis Deguara, ir-ragel tas-Sindku, żaret il-komunita’ tal-Gizwiti, ir-residenti ta’ Holy Family Home u s-sorijiet ta’ l-Ordni ta San Duminku.

 

 

 Il-President Eddie Fenech Adami jiltaqa' mar-residenti tan-Naxxar fuq iz-zuntier, wara l-quddies.

Il-President Eddie Fenech Adami jiltaqa' mar-residenti tan-Naxxar fuq iz-zuntier, wara l-quddies.

 

 

Il-President Eddie Fenech Adami akkumpanjat mis-Sindku tan-Naxxar, Dr Maria Deguara, jiltaqa' ma' l-artist Luciano Micallef

Il-President Eddie Fenech Adami akkumpanjat mis-Sindku tan-Naxxar, Dr Maria Deguara, jiltaqa' ma' l-artist Luciano Micallef

 

 

President Fenech Adami jsegwi ix-xogħol tal-ħadied Mikiel il-Muzzan

President Fenech Adami jsegwi ix-xogħol tal-ħadied Mikiel il-Muzzan

 

 

 


Il-President Fenech Adami jiltaqa' mal-vittmi tat-traġedja tan-Naxxar

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' mal-vittmi tat-traġedja tan-Naxxar

 

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP