OPR- L-erbgha, 2 ta` Gunju 2004, Valletta

 


IL-PRESIDENT TA` MALTA IPPREZENTA L-PREMJU PAPA GWANNI XXIII GHAT-TJUBIJA 2004


 L-E.T. il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami ipprezenta l-Premju Papa Gwanni XXIII ghat-Tjubija ghas-sena 2004 lil Lyanne Lanzon, studentessa fil-Liceo tal-Bniet Carlo Diacono, Zejtun.   Lyanne Lanzon tiddedika hafna mill-hin taghha ghal Maria, li hija studenta ma’ Lyanne fil-Form II. Maria ghandha Cerebral Palsy, jigifieri la titkellem u lanqas tikteb u qeghda go ‘wheelchair’.

 

Lyanne, ta` kull jum, toffri l-ghajnuna taghha billi tiktbilha n-noti, tispjegalha xi dettalji waqt ix-xoghol tal-klassi, kif wkoll taghmlilha kumpanija waqt ir-rikreazzjoni.  Lyanne taghmel hilitha biex tipprova tifhem, tikkomunika u tiddjaloga ma` Maria f’diversi hinijiet tal-gurnata.

 

F’diskors li ghamel, il-President ta` Malta qal li ‘l-hajja fiha okkazjonijiet fejn fihom niltaqghu ma’ nies li jenhtiegu l-moghdrija u li jenhtiegu li nesprimu maghhom b’kull mod possibbli ta` kif nistghu nkunu utli ghalihom. Dawn in-nies jehtiegu li nesprimu maghhom  is-solidarjeta`.’

 

Il-President ta’ Malta  zied jghid li qeghdin nghixu fi zmien ta` kontradizzjoni dan ghaliex ghalkemm qeghdin nghixu fis-seklu tar-rikonoxximent universali tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istess waqt qed insiru iktar individwalisti. ‘Dan iz-zmien ta` kontradizzjoni ghandu johrog aktar dan is-sens ta` solidarjeta`. Il-President qal li kull decizjoni li ahna naghmlu f’hajjietna, fil-familja, fil-post tax-xoghol, fil-kariga li nokkupaw, ghandna nfittxu l-gid mhux taghna personali biss izda wkoll dak komuni.  Irrefera wkoll ghal dak li jghid il-vangelu “il-Musbieh ma npogguhx taht l-imnara izda fuq il-kandelabru biex idawwal lil kulhadd madwaru”.  Huwa qal li Lyanne hija bhala wiehed minn dawn id-dwal mixghula, li turi li fiz-zminijiet difficli li qed nghixu, ghandna hafna ezempji ta` nies li fuq livell personali juru din is-solidarjeta` bl-iktar mod qawwi.

 

Il-President Fenech Adami sostna li l-kultura Maltija hija mwahhla mal-kuncett tas-solidarjeta` bil-mod kif nghinu. Din il-karatteristika kulturali ewlenija hija t-timbru tal-karattru Malti, s-sigill tal-poplu Malti. Filwaqt li rringrazzja lil Lyanne talli b’mod prattiku u reali, qed turi xi jfisser il-valur tas-solidarjeta`, awgura lil Maria sabiex tkompli tircievi din is-solidarjeta` minn shabha, halli tohrog it-talenti li zgur li kull wiehed u wahda minnha ghandu.

 

Fil-bidu tac-cerimonja tkellem wkoll Patri Dionisju Mintoff, id-direttur tal-Laboratorju tal-Paci, li filwaqt li fahhar is-sens ta` generozita` li tinsab fid-demm tal-poplu Malti, zied jghid li l-Kultura tal-volontarjat huwa l-pont sod li jghin lis-socjeta` biex tghaqqad kull firda jew nuqqasijiet fizici u spiritwali.

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP