OPR - Il-Ħamis, 9ta' Marzu 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA JATTENDI GĦAL ĠURAMENT TAL-ĦATRA TAL-PRESIDENT TAL-PORTUGALL


Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Edward Fenech Adami kien fost numru ta’ dinjitarji distinti meta llum attenda għal ġurament tal-ħatra tal-President il-ġdid l-Eċċellenza Tiegħu Professur Anibal Cavaco Silva tal-Portugall f’Lisbona.

 

Il-President Fenech Adami attenda għal din iċ-ċerimonja fuq stedina personali  tal-President tal-Portugall.

 

Fost dawk preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm Kapijiet ta’ Stat, fosthom ta’ Lussemburgu, l-Islovenia, l-Ungerija, l-Afrika ta’ Isfel, il-Mozamibque, Soatome u il-Guinea Bissau, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose Manuel Barroso,  is-Segretarji Generali ta l-OSCE, NATO u ta’ l-Iberia American Organisation, kif ukoll Prim Ministri, Ministri u ex-Presidenti ta’ diversi pajjiżi.

 

Il-President ta’ Malta mistenni lura Malta għada l-Gimgħa 10 ta’ Marzu 2006.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP