OPR - Is-Sibt, 25 ta' Frar, 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA FI ŻJARA FIR-RENJU UNIT U FIL-PORTUGALL


 

Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu, Dott. Edward Fenech Adami flimkien mas-Sinjura Fenech Adami, ħalla Malta dalgħodu llum is-Sibt, 25 ta’ Frar 2006 għal żjara privata fir-Renju Unit.

 

Nhar l-Ħamis, 9 ta’ Marzu 2006 il-President ser jattendi għal ġurament tal-ħatra tal-President tal-Portugall f’Lisbona bħala mistieden tal-President-Elett l-Eċċellenza Tiegħu Professur Anibal Cavaco Silva.

 

Il-President mistenni lura Malta nhar il-Gimgħa 10 ta’ Marzu 2006; is-Sinjura Fenech Adami mistennija lura Malta nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Marzu 2006.

 

Fl-assenza tal-President Fenech Adami, Dott George Hyzler ser jkun Aġent President ta’ Malta.

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP