OPR - Il-Ħamis, 12 ta' Ottubru, 2006

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR L-ISKEJJEL F’SANTA LUĊIJA


Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami llum beda żjara uffiċjali f’Santa Luċija bi żjarat fl-iskejjel.

 

Il-President stqarr li hu ta’ sodisfazzjon għalih li jiltaqa’ ma’ l-istudenti fl-iskola fejn jista’ japprezza mill-viċin l-interess fit-tagħlim li l-istudenti għandhom, tant li mijiet minnhom jibqgħu jistudjaw f’istituzzjonijiet aktar għolja biex jispeċjalizzaw fil-qasam tax-xogħol li jagħżlu. 

 

Lill-Istudenti ta’ Margaret Mortimer Junior Lyceum tal-Bniet, il-President kellimhom dwar il-qabżiet kbar li l-Poplu Malti qiegħed jagħmel bir-riżultat li l-pajjiż qed jagħmel ħiltu kollha biex jilħaq l-ogħla livell ta’ edukazzjoni. L-iskola bħal ħafna oħrajn f’Malta, qed tinkoraġixxi lill-istudenti jiżviluppaw il-kapaċitajiet u t-talenti personali tagħhom. 

 

Il-President Fenech Adami filwaqt li ħeġġighom biex ma jaqtgħux qalbhom minn sfidi waqt it-taħriġ tagħhom, awguralhom suċċess fl-istudju biex b’hekk fil-futur jkunu f’pożizzjoni li jagħtu kontribut lil pajjiżna.  Il-President irringrazzja lill-għalliema u l-ġenituri li jinkoraġġixxi u jgħinu lill-istudenti jiefqu magħhom fil-bżonnijiet tagħhom.

 

Il-President żar ukoll l-iskola mmexxija mis-sorijiet ta’ San Franġisk u l-Klabb Ommijiet u Tfal Ċkejknin li jiltaqgħu  darba fil-gimgħa.  Il-President  irringrazzja lil kull min jieħu inizjattivi bħal dawn u jagħti support lill-familji fuq bażi parrokkjali.

 

Żjarat uffiċjali fl-ibliet u rħula ta’ Malta u Għawdex isiru mill-President u s-Sinjura Fenech Adami matul is-sena, minbarra fis-sajf, bi programm imħejji flimkien mal-Kunsilli Lokali. Isiru laqgħat ma’ l-istudenti fl-iskejjel u ma’ żgħażagħ u adulti fid-diversi għaqdiet volontarji.  Il-Ħadd filgħodu, il-President u s-Sinjura Fenech Adami jżuru l-każini tal-baned, postijiet ta’ interess u personalitajiet fil-lokal.  Is-Sinjura Fenech Adami fl-istess ġranet tagħmel żjarat għand xi familji wkoll.

 

Il-President of Malta jżur l-iskola tas-Sorijiet Franġiskani

Il-President of Malta jżur l-iskola tas-Sorijiet Franġiskani

 

Il-President of Malta jżur il-Klabb ta' l-Ommijiet u tfal ċkejknin

Il-President of Malta jżur il-Klabb ta' l-Ommijiet u tfal ċkejknin

 

 

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma' l-isduenti ta' Margaret Mortimer Junior Lyceum

Il-President Fenech Adami jiltaqa' ma' l-isduenti ta' Margaret Mortimer Junior Lyceum

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP