OPR - It-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2006
IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR IL-KOMUNITA’ SANTA MARIJA FI ĦDAN L-AĠENZIJA SEDQA
Il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami, illum żar il-Komunita’ Santa Marija, Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Residenzjali mill-Abbuż tad-Droga fi ħdan l-Aġenzija Sedqa. L-Aġenzija Sedqa qed tfakkar it 12-il anniversarju tal-programmi ta’ prevenzjoni u servizzi ta’ kura fil-qasam ta’ l-abbuż minn sustanzi. Illum hija ukoll il-ġurnata dinjija kontra l-abbuż u t-traffikar illegali tad-droga.

Meta ndirizza lir-residenti, il-President Fenech Adami qal li l-ġurnata ta’ llum għandha sinifikat u fiha għandna nirriflettu li aħna lkoll għandna nagħmlu ħilitna biex nirbħu l-problema tad-droga. Il-President qal li “Il-ħajja hija kollha sfidi u kull bniedem jgħaddi minn mumenti f’ħajtu fejn jkun fi ġlieda miegħu nnifsu sabiex jiskopri min hu u kif jista’ jagħti kontribut lilu u lis-soċjeta.”
Il-President awgura kuraġġ lir-residenti u rringrazzja lil dawk kollha li qed jgħinu lil dawn il-persuni fil-proċess sabiex jtejbu l-futur tagħhom.
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |