OPR - L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007

 


Il-President  jibda żjara f’keRċEM


Il-President Fenech Adami beda ż-żjara uffiċjali f’Kerċem, fuq stedina tal-Kunsill Lokali, illum l-Erbgħa 20 ta’ ġunju b’laqgħa ma’ l-istudenti u l-għalliema. Fid-diskorsi tiegħu, wara li dar klassijiet u ra ħidmiet l-għalliema fl-iskola primarja statali Peter Paul Grech u dik ta’Santa Tereża immexxija mis-sorijiet Karmelitani Missjonari ta’ Santa Tereża tal-Bambin ġesu, il-President awgura li l-istudenti jkomplu jkattru l-ħeġġa li trawmet fihom grazzi għat-tagħlim li ngħataw biex jiżvillupaw il-kapaċitajiet tagħhom, l-isbaħ rigal għalihom infushom u lill-ġenituri u l-għalliema taghhom.

 

L-iskola Primarja Santa Tereża din is-sena għalqet il-50 anniversarju minn mindu twaqqfet. Il-President irringrazzja lis-sorijiet ta’ l-impenn tagħhom fit-tagħlim kif ukoll fil-mod illi jwasslu l-valuri insara sa minn eta’ żgħira, valuri li fuq kollox jagħmlu parti mill-identita’ Maltija.

 

Filgħaxija l-President Eddie Fenech Adami se jżur Santa Lucija, li tagħmel parti mill-Kunsill Lokali Kerċem,  fejn se jiltaqa’ ma l-artist Austin Camilleri u l-mastrudaxxa Gużeppi Borg qabel ma jingħaqad mar-residenti għas-smigħ ta’quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Luċija u wara laqgħa  mar-residenti.

 

Il-President jagħlaq il-jum ma’ l-għaqdiet mhux governattivi tal-Kerċem. 

 

Nhar il-Ħadd, il-President u s-Sinjura Fenech Adami, flimkien  mas-Sindku Joe Grima, jingħaqdu għal nofs ta’ nhar mar-residenti fuq iz-zuntier tal-Kerċem, wara l-quddiesa, jagħmlu żjara lil personalitajiet u xi familji u fl-aħħar iżuru l-Kunsill Lokali.


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP