OPR -  Il-Ħadd, 14 ta' Ottubru, 2007

 


IL-PRESIDENT TA’ MALTA F’SAN PAWL IL-BAĦAR


 

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami, temmew iż-żjara uffiċjali tagħhom f’San Pawl il-Baħar  biz-zjara lill-Kunsill Lokali fejn il-President qal li San Pawl il-Bahar huwa sinjur mhux biss għax huwa mzewwaq b’ambjent u veduti mill-isbah izda ukoll għax fih insibu patrimonju kulturali sa ta’ l-ewwel nies li kienu waslu Malta.

 

Fil-fatt, il-President, akkumpanjat mis-Sur Paul Bugeja, Sindku ta’ San Pawl il-Bahar u kunsilliera ohrajn, dalgħodu zar ix-Xemxija Heritage Trail fejn fiha wiehed jsib numru ta’ siti storiċi, preġju fil-gżejjer tagħna, qalb mixja mill-isbah fil-kampanja. Sit iehor storiku f’San Pawl il-Baħar huwa t-Torri ta’ Wignacourt li kien wieħed mill-ewwel torrijiet tad-difiża li inbena f’Malta  fiż-żmien il-Granmastru Wignacourt fl-1610. Wara li żar it-Torri il-President seta’ josserva  artisti minn San Pawl il-Baħar fuq il-belveder ipinġu veduti tar-rahal.

 

Il-President beda’ z-zjara tiegħu dalgħodu lis-Sirens Football Nursery, waqt li kienu għaddejjin bit-training tagħhom u zar l-Għaqda Socjo-kulturali, għaqda religjuza mwaqqfa bil-għan li tagħmel xogħol socjali, u wkoll il-Kazin tal-Banda San Pawl.

 

F’San Pawl il-Baħar il-President u s-Sinjura Fenech Admi wara li semgħu quddiesa fil-Parroċċa Mater Dolorosa żammew id-drawwa fil-laqgħat ufficjali tagħhom li jiltaqgħu mar-residenti tal-lokal għal kafe u pastizzi fuq iz-zuntier. 

 

Is-Sinjura Fenech Adami, akkumpanjata mis-Sinjura Antoinette Bugeja, mart is-Sindku, żaret ir-residenti ta’ Casa Serena, familji u s-Sorijiet Agostinjani.

 

F’għeluq iż-żjara tiegħu, l-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami irringrazzja lis-Sindku Paul Bugeja u lill-Kunsilliera għax-xogħol li jwettqu b’dedikazzjoni lejn ir-rahal ta’ San Pawl il-Baħar, fejn matul ix-xhur tas-sajf u stmat li jkollu mat-tmenin elf ruh joqgħodu fih, sfida kbira b’hidma mferxa ma’ San Pawl il-Bahar, Xemxija, Bugibba, Qawra, Burmarrad, Wardija u parti kbira ta’ kampanja li jdawwruhom.

 

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqgħu mar-residenti ta' San Pawl il-Baħar wara l-quddies

 

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqgħu mar-residenti ta' San Pawl il-Baħar wara l-quddies

 

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqgħu mar-residenti ta' San Pawl il-Baħar wara l-quddies

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP