OPR - Il-Ħamis, 6 ta' April, 2006
IL-LAQGĦAT TAL-PRESIDENT FI STRASBOURG
Il-President ta’ Malta, Dr. Eddie Fenech Adami llum itemm iż-żjara tiegħu fi Strasbourg fejn indirizza bil-Malti l-Parlament Ewropew nhar il-Erbgħa, 5 ta’ April, 2006.
Il-President Fenech Adami u l-President Borrell Fontelles, taw konferenza stampa konġunta hekk kif intemm id-diskors, li għaliha attendew numru ta’ ġurnalisti Maltin li kienu l-mistiedna tal-Parlament Ewropew, kif ukoll oħrajn barranin.
Fi Strasbourg il-President kellu laqgħat ma’ Josep Borrell Fontelles, il-President tal-Parlament Ewropew, Javier Solana, Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurta’ ta’ l-Unjoni Ewropea u mas-Sindku ta’ Strasbourg, is-Senatur Fabienne Keller.
Il-President iltaqa` ukoll mal-ħames Membri tal-Parlament Ewropew Maltin, John Attard-Montalto, Simon Busuttil, David Casa, Louis Grech u Joseph Muscat.
Numru kbir ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-Parlament Ewropew kellhom l-opportunita` jiltaqgħu mal-President fi tmiem il-laqgħat uffiċjali.
Il-President jasal Malta llum wara nofsinhar.
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |