OPR - L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2006

 


IL-PALAZZ VERDALA MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU


*Verdala Tickets Sold Out

L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, għat-tielet sena konsekuttiva qed jistieden lill-familji Maltin sabiex iżuru l-Palazz Verdala u jgawdu l-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

 

L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta ser jorganizza żjara fil-Palazz nhar il-Ħadd, 27 ta’ Mejju 2007 fl-10.00 a.m.  Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami ser ikunu l-Palazz għal xi ħin.

 

Biljetti , maħruga mill-Heritage Malta bi prezz speċjali, jinkisbu mill-Mużew ta’ l-Arti, Triq in-Nofsinhar il-Belt Valletta, il-gimgħa kollha, inkluż il-Ħadd, mid-9.00am sal-4.30 ta’ wara nofsinhar sal-Gimgħa, 25 ta’ Mejju 2007, jekk ma jinbiegħux qabel.  Biljetti għall-adulti jiswew Lm1 (€2.33) il-wieħed filwaqt li dawk għall-anzjani u studenti jiswew 50ċ (€1.16) -il wieħed. Tfal taħt l-10 snin jidħlu b’xejn.  Ser jinbieghu biss 150 biljett.

 

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Muzew ta’ l-Art fuq in-numru tat-telefon 21 225 769, jew inkella bil-posta elettronika info@heritagemalta.org 

 

Il-Palazz Verdala

 

Il-Palazz Verdala nbena mill-Perit Gerolamo Cassar fl-1586 għall-Gran Mastru Verdalle f’żona remota tal-Boschetto, fejn kien hemm wied mimli bis-siġar li kien jipprovdi għal żona tajba għall-kaċċa.

 

Meta l-Ingliżi waslu Malta fl-1800, il-Palazz intuża bħala ħabs u għal diversi snin wara tħalla fi stat ta’ abbandun sakemm il-Gvernatur Sir William Reid għamel xogħol estensiv ta’ restawr fl-1855.

 

Fl-1982, il-Palazz beda jintuża bħala residenza tal-gvern għall-Kapijiet ta’ Stat li jżuru Malta. Meta Paul Xuereb laħaq Aġent President, għażel il-Palazz Verdala bħala r-residenza uffiċjali tiegħu. 

 

Il-Palazz bħalissa jintuża bħala r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-President ta’ Malta.

 

 

Il-Palazz Verdala

 

Il-Palazz Verdala


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP