OPR - Il-Ġimgħa, 23 ta' Marzu, 2007

 


 

IL-PRESIDENT FI BRUSSEL GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU MIT-TRATTAT TA’ RUMA

 


 

Il-lum il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu, wara nofsinhar, il-President Eddie Fenech Adami ħalla Malta għal Brussell, fejn nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu hu mistieden tal-Maesta’ Tiegħu r-Re tal-Belġju Albert II,  għaċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-50 Anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.

 

Il-President ser ikun fost Kapijiet ta’ Stati membri ta’ l-Unjoni Ewropea li wkoll huma mistiedna jattendu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

 

Il-President mistenni lura Malta nhar il-Ħadd, 25 ta’ Marzu, 2007.

 

Fl-assenza tal-President Eddie Fenech Adami, Dr George Hyzler ser ikun l-Aġent President ta’ Malta.

 

 


HOME  |  GOV.MT  |  PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP