OPR - Il-Ġimgħa, 23 ta' Marzu, 2007
IL-PRESIDENT TA’ MALTA JATTENDI Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU MIT-TRATTAT TA’ RUMA
Il-President Eddie Fenech Adami il-bieraħ is-Sibt attenda ċ-ċelebrazzjonijiet fi Brussel li jfakkru il-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.
Il-President kien il-mistieden tal-Maesta’ Tiegħu ir-Re tal-Belġju Albert II li ospita u ippresjeda dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Il-President Fenech Adami attenda il-kunċert klassiku fil-bini magħruf bħala BOZAR, Ċentru ta’ l-Arti, fejn indaqqet in-9th Symphony ta’ Beethoven. Il-kunċert tnieda b’diskors tal-Prim Ministru Belġjan Guy Verhofstadt u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose Manuel Barroso.
Il-President Fenech Adami, flimkien ma’ Kapijiet ta’ Stat u awtoritajiet għoljin ta’ l-Unjoni Ewropea, attenda wkoll Symposium fil-Palazz Rjali li kien indirizzat mill-Maesta’ Tiegħu ir-Re tal-Belġju Albert II. Saret ukoll intoduzzjoni mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Belġjan, Karel De Gucht. F’dan is-Symosium ġew diskussi temi li jittrattaw it-tifsira ta’ Ewropa magħquda.
Filgħaxija l-President flimkien ma kapijiet ta’ stat attenda għal kunċert fil-Heysel Esplande.
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |