OPR- l-Erbgha, 4 ta` Awissu - Valletta

 


IL-PRESIDENT IPPREZENTAT  B'DONAZZJONI TA`  ‘WHEELCHAIRS’ GHAL MALTA COMMUNITY CHEST FUND


L-E.T. il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami, gie ipprezentat b’donazzjoni ta` ghaxar ‘wheelchairs’ ghal Malta Community Chest Fund mill-Konslu Onorarju Generali ta` Malta f’San Francisco, is-Sur Charles J. Vassallo.

 

Fuq inizjattiva tal-Konslu Vassallo kongunta ma` l-assocjazzjoni ‘Wheelchairs Foundation’ li tinsab fl-Amerika, ghal dawn l-ahhar snin kienu qed isiru diversi donazzjonijiet ta` ‘Wheelchairs’ lil Community Chest Fund sabiex jaghmlu uzu minnhom individwi u assocjazzjonijiet filantropici f’pajjizna.

 

Il-President Fenech Adami, filwaqt li irringrazzja lil Konslu tal-hidma tieghu barra minn Malta, wera l-apprezzament tieghu ghal din il-generozita` li bdiet snin ilu.

 

Il-President qal li llum il-Community Chest Fund saret istituzzjoni f’pajjizna u zied jghid li kemm ilu jippresedieha, sar jaf kemm hawn nies li, b’mod volontarju huma lesti li jghinu mhux biss fl-amministrazzjoni tal-Malta Community Chest Fund izda wkoll fid-donazzjonijiet.

 

 Il-Konslu Vassallo waqt li qed jipprezenta l-'Wheelchairs' lill-President Fenech Adami

Il-Konslu Vassallo waqt li qed jipprezenta l-'Wheelchairs' lill-President Fenech Adami

 

Din is-sena dawn l-ghaxar ‘wheelchairs’ huma destinati ghal tlett istituzzjonijiet filantropici li huma d-Dar tal-Providenza, ir-Razzett tal-Hbiberija u l-Fundazzjoni Arka.

 


HOME  |  GOV.MT  |  CIMU PRIVACY POLICY  | SITE MAP  | DISCLAIMER  |  SEARCH  |  HELP