OPR - Il-Ħadd, 27 ta' April, 2008
IL-PRESIDENT FENECH ADAMI JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET TAŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX
“L-għaqdiet volontarji tar-raħal taż-Żebbuġ flimkien mal-Kunsill Lokali joħolqu sens qawwi ta’ komunita` ħajja” qal il-President Eddie Fenech Adami meta, flimkien mas-Sindku s-Sur Carmel Saliba iltaqa’ ma rappreżentanti ta’ tlettax il-għaqda volontarja fil-bidu taz-żjara uffiċjali ta’ jumejn fir-raħal.
Il-President stqarr li l-għaqdiet b’ħidmithom fil-qasam reliġjużi, sportiv u kulturali jsaħħu l-valuri nsara, il-bażi ta’l-identita’ tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-President awgura li għaqdiet volontarji jingħataw l-aktar sapport possibbli sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut tant meħtieġ fis-soċejta’.
Fiż-Żebbuġ Għawdex, kmieni dalgħodu il-President u Sinjura Fenech Adami iltaqgħu mat-tfal u kbar taż-Żebbuġ li filmkien mal-pets u annimali tagħhom attendew għat-tberik mill-Arcipriet Ruben Micallef fil-pjazza tar-raħal.
Waqt li l-President żar il-Bajja tal-Qbajjar fejn segwa attivita’ ta’ l-ibburdjar minn tfal u żgħazagħ, is-Sinjura Fenech Adami żaret diversi familji.
Wara nofsinhar, il-President żar is-salini ta’ madwar il-kosta taż-Żebbuġ qabel ma ltaqgha, flimkien mas-Sinjura Fenech Adami, mal-komunita zgħira ta’ Marsalforn fejn ħadu te’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl.
Iż-żjara fiż-Żebbuġ tkompli għada t-Tnejn, Jum iz-Żebbuġ.

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqaw mat-tfal u l-pets tagħhom waqt it-tberik ta' l-annimali fil-pjazza tar-raħal


Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jiltaqaw mat-tfal u l-pets tagħhom waqt it-tberik ta' l-annimali fil-pjazza tar-raħal
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |