OPR- L-Erbgha, 23 ta' November, 2005
Diskors mill-E.T. Dr. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta, waqt Ċena statali mogĦtija f’ĠieĦ il-Maesta’ TagĦHa r-ReĠina Elizabetta II u
l-Altezza Rjali TiegĦu, d-Duka ta’ Edinburgh
Il-Palazz, il-belt Valletta
23 ta’ Novembru 2005
Maesta’, Altezza Rjali,
Prim Ministru,
Mistednin Distinti,
Sinjuri.
Skond
tradizzjoni antika l-ewwel vizitatur irjali f’Malta kien Ulisse, maghruf
ukoll bhala Odissew, ir-Re ta’ Itaka. Skond Omeru, ghal dik l-okkazjoni Ulisse
gie mistieden ghall-pranzu mill-unika persuna li setghet tippretendi li kienet
tirrapprezenta l-post u din kien jisimha Kalipso. Izda kien hemm haga stramba
fl-istorja ta’ Omeru. Ulisse u Kalipso kielu u xorbu
Ftakart f’dan l-episodju mill-bidu
leggendarju ta’ l-istorja ta’
Maesta’, dik kienet l-ewwel fazi
importanti tal-konoxxenza u r-relazzjoni taghna mieghek. It-tieni fazi kienet
meta, wara li l-Altezza Rjali Tieghu d-Duka ta’ Edinburgu pprezentalna l-Karta
ta’ l-Indipendenza fl-elf, disa’ mija u erbgha u sittin, il-Maesta’ Tieghek
saret ir-Regina ta’
Illum qeghdin niccelebraw it-tielet fazi
tar-relazzjoni taghna. Il-Maesta’ Tieghek hija effettivament is-simbolu ta’ l-ghaqda
tal-Commonwealth fid-diversita’ maestuza tieghu u fl-isplendur tant
imlewwen tal-multikulturalizmu tieghu. Daz-zmien hija z-zghozija eterna u l-kapacita’
li l-Commonwealth ghandu li jittrasforma ruhu bhal fenicju li jirxoxta
mill-gdid li d-dehra u l-prezenza tal-Maesta Tieghek fostna tippersonifika.
Ghad hemm hafna djar f’Malta, bhalma jiena zgur li hemm fil-partijiet kollha tal-Commonwealth,
li fihom il-familji jghozzu kikkri, platti u rikordji ohra li permezz taghhom
ikomplu jiftakru – permezz ta’ l-awra ta’ ispirazzjoni perenni li tiddi mill-Maesta
Tieghek – fil-valuri tradizzjonali tal-Commonwealth.
Huwa bl-istess spirtu ta’ kunfidenza familjari kif ukoll ta’ rispett profond li jiena nitlob lill-mistednin tieghi kollha biex jixorbu bis-sahha tar-Regina Elizabetta t-Tieni biex tibqa’ tgawdi ghomor twil.

Il-President ta' Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami waqt li qed jaqra d-diskors waqt ic-Cena Statali
|
HOME | GOV.MT | PRIVACY POLICY | SITE MAP | DISCLAIMER | SEARCH | HELP |