The President of Malta

Search
Close this search box.

Żjara lill-President mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tar-Repubblika Franċiża

Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tar-Repubblika Franċiża, Clément Beaune, għamel żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta, George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-laqgħa ffukat primarjament fuq il-Presidenza Franċiża li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se tibda fl-1 ta’ Jannar 2022 għal perjodu ta’ sitt xhur. Il-President Vella ddeskriva r-relazzjonijiet bejn Franza u Read more…

Il-President jilqa’ uffiċjali għolja miċ-Ċina

Il-President ta’ Malta, George Vella, laqa’ lil Yang Jiechi, eks Ministru għall-Affarijiet Barranin u Membru tal-Uffiċċju Politiku tal-Partit Komunist tal-Kumitat Ċentrali taċ-Ċina u Direttur tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ċentrali għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-laqgħa saret fid-dawl tal-ħamsin anniversarju li ġej mill-istabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u ċ-Ċina fl-1972. Wara li Read more…

Il-President jippreżenta ċ-ċertifikati tal-kummissjoni lil 56 fizzjal ġdid fil-Forzi Armati

Il-President ta’ Malta George Vella ppreżenta ċ-ċertifikati tal-kummissjoni lil 56 fizzjal ġdid fil-Forzi Armati ta’ Malta waqt ċerimonja fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. Il-President ferħilhom għal dan l-avvanz fil-karriera tagħhom u ħeġġiġhom ikomplu jinvestu fil-karriera professjonali tagħhom. Huwa semma diversi każijiet meta l-kontribut tal-Forzi Armati kien tassew fundamentali għal pajjiżna filwaqt Read more…

Il-President jieħu sehem fil-Ħanukka, il-festa tad-dwal tal-komunità Lhudija

Il-President ta’ Malta, George Vella, indirizza l-10 Ħanukka, il-festa Lhudija tad-dwal, iċċelebrata mill-Fondazzjoni Chabad of Malta, fil-Belt Valletta. L-avveniment annwali, immexxi mir-Rabbi Chaim Segal, laħaq il-milja tiegħu fil-mixegħla tradizzjonali tal-menorah. “F’isem il-poplu Malti, ningħaqad magħkom, għeżież membri tal-komunità Lhudija f’Malta u barranin fostna, fil-mixegħla tal-menorah, u permezz tad-dawl tiegħu, rifless Read more…

Il-President jirringrazzja lill-għaqdiet volontarji f’isem il-poplu għal ħidmiethom fi żmien il-pandemija

F’isem il-poplu, il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-għaqdiet volontarji kollha għall-ħidma kontinwa tagħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli minn kemm ilha li faqqgħet l-imxija tal-Covid-19, billi komplew joffru s-servizzi bħal qabel, jew b’mod differenti, u għamlu minn kollox biex jibqgħu jilħqu l-għanijiet tagħhom. Meta kien qed jindirizza s-serata annwali tal-Premju Nazzjonali Read more…

Il-President jindirizza l-varar ta’ proċess ta’ riforma tas-settur tal-volontarjat u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

Lejliet il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (l-OVCO) vara proċess ta’ riforma tas-settur tal-volontarjat kif ukoll fi ħdan l-OVCO nnifsu bl-isem ta’ VO Plus. Waqt il-varar, li sar fil-Palazz ta’ Sant’Anton, issemmiet l-idea li titfassal leġiżlazzjoni ġdida għas-settur tal-volontarjat sabiex jiġu ssalvagwardjati u msaħħa l-organizzazzjonijiet volontarji kollha u dan Read more…

Il-President jippreżenta l-Gold Medal Award 2021 lil Mariella Pisani Bencini

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja annwali tal-Gold Medal Award 2021, organizzata mis-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), li tagħha huwa l-patrun. L-MSA nediet il-Gold Medal Award fl-1896 bl-għan li, kull sena, tippreżenta l-Midalja tad-Deheb lil diversi persuni u/jew organizzazzjonijiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħhom għall-arti.  Il-Gold Medal Award din is-sena ngħatat Read more…

Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sa Vella żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fin-numru 65, Triq Żekka, il-Belt Valletta, flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna. Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett kbir ta’ restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular Read more…

Il-President ta’ Malta jippreżenta l-premjijiet tal-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’

Il-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’ huma okkażjoni eċċellenti biex jiġi rikonoxxut l-irwol importanti ħafna li għandhom l-imprendituri nisa fl-ekonomija u l-komunità tagħna, filwaqt li jkunu ta’ eżempju għal ħaddieħor. Dan qalu l-President ta’ Malta George Vella matul iċ-ċerimonja tal-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’ li saret il-Casino Maltese. HSBC Read more…

Skip to content