The President of Malta

President Portrait

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jħallu Malta għal żjara fl-Istati Uniti u l-Kanada

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta għal żjara fl-Istati Uniti u l-Kanada. Fi New York, il-President Vella se jkun wieħed mill-kelliema ewlenin f’dibattitu miftuħ, organizzat mill-Presidenza Żvizzera tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, fuq il-protezzjoni tan-nies f’kunflitti armati bit-titlu ‘Ensuring the security and dignity of civilians in conflict: Addressing Read more…

Il-President Vella jħeġġeġ azzjoni konkreta fir-rigward tal-iżviluppi ta’ tħassib fil-Mediterran

Il-President George Vella esprima s-sentimenti qawwija tiegħu dwar il-gwerra li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna, billi wassal l-appoġġ sħiħ ta’ Malta lit-tmexxija u lill-poplu tal-Ukrajna. Enfasizza l-iżviluppi riċenti fir-reġjun tal-Mediterran, is-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà kumplessa fil-Libja, u x-xenarji li qegħdin jiżviluppaw fl-Afrika ta’ Fuq, fil-Lvant Nofsani u fis-Sudan. Fl-indirizz tiegħu fis-sessjoni ta’ Read more…

“Iċ-Ċittadin jistenna Servizz Pubbliku motivat u ambizzjuż li jinvesti fil-futur” – il-President ta’ Malta waqt iċ-Ċerimonja tal-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku

Il-President ta’ Malta George Vella qal li t-tiġdid sar parti mill-preżent u l-futur tal-ħidma tal-uffiċjali u l-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku. Waqt iċ-Ċerimonja tal-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku, il-President stqarr li x-xogħol fi ħdan is-Servizz Pubbliku qatt ma jista’ jkun statiku. “Minnu nnifsu s-Servizz Pubbliku għandu dejjem jevolvi u jinbidel, biex jilħaq Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, il-President ta’ Malta, waqt iċ-Ċerimonja tal-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku, 12 ta’ Mejju 2023.

Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarji Permanenti, Mistednin distinti, Nibda billi nirringrazzjakom ta’ din l-istedina tal-lejla biex flimkien nagħrfu x-xogħol siewi u bla waqfien li jsir fis-Servizz Pubbliku. Ta’ kull sena huwa pjaċir għalija li ningħaqad magħkom biex inħarsu flimkien lejn l-iktar kisbiet sinifikanti tas-Servizz Pubbliku, u fl-istess okkażjoni nifirħu lil dawk Read more…

Il-President ta’ Malta jilqa’ lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede l-Kardinal Pietro Parolin, fi żjara ta’ korteżija fil-Palazz Presidenzjali

Il-President George Vella laqa’ lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede l-Kardinal Pietro Parolin, fi żjara ta’ korteżija li saret dalgħodu fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Qabel kollox, il-President Vella rrefera għaż-żjara f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku u qal li din ser tibqa’ stampata fil-memorja tal-poplu Malti u Għawdxi. Iż-żewġ partijiet iddiskutew fit-tul il-gwerra Read more…

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Iraq Saywan Sabir Mustafa Barzani jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Iraq Saywan Sabir Mustafa Barzani ppreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Il-President Vella wassal l-appoġġ ta’ Malta lill-Iraq hekk kif għadu għaddej il-proċess ta’ bini mill-ġdid tal-pajjiż, u esprima t-tama li jistgħu jiġu esplorati inizjattivi differenti sabiex jissaħħu r-rabtiet bilaterali. Filwaqt li Read more…

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, Vesel Memedi, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, Vesel Memedi, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Il-President Vella laqa’ lill-Ambaxxatur il-ġdid u awguralu għall-kariga l-ġdida tiegħu, filwaqt li esprima l-ħerqa li jittejbu r-relazzjonijiet li diġà hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Żied jgħid li Malta u l-Maċedonja ta’ Fuq Read more…

L-Ambaxxatur tal-Ġappun Satoshi Suzuki jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta.

L-Ambaxxatur tal-Ġappun Satoshi Suzuki ppreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Il-President Vella enfasizza l-importanza li Malta tagħti lir-relazzjonijiet tagħha mal-Ġappun, u qal li dawn baqgħu jissaħħu tul l-aħħar snin. Laqa’ b’mod partikolari l-aħbar li l-Ġappun ser jiftaħ ambaxxata f’Malta fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Saret Read more…

Diskors tal-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta’ Malta waqt riċeviment marbut mal-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla, 11 ta’ Mejju 2023. (Diskors bl-Ingliż)

Your Excellency, High Commissioner Katherine Ward, Excellencies, Distinguished Guests, It is a pleasure to be here with you today, celebrating the Coronation of Their Majesties King Charles III and Queen Camilla.  I, together with my wife, had the honour to attend the magnificent celebration that was held at Westminster Abbey Read more…

It-Tielet Edizzjoni

Titnieda t-tielet edizzjoni tal-Konferenza Nazzjonali dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’ Il-President ta’ Malta George Vella nieda t-tielet edizzjoni tal-Istħarriġ u l-Konferenza Nazzjonali dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’, li se ssir fit-2 ta’ Ġunju 2023 fil-Palazz Verdala.  Il-President Vella nnota li t-temi maħsuba għall-konferenza ta’ din is-sena kollha jmissu liċ-ċittadin b’mod dirett fil-ħajja ta’ kuljum. Read more…

Skip to content