The President of Malta

“Issa jibda vjaġġ ieħor hemm barra” – il-President lil ħames residenti li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-FSWS

Il-President George Vella feraħ lil ħames persuni għall-kuraġġ, ir-reżiljenza u s-suċċess li jtemmu programm ta’ 14-il xahar ta’ riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Santa Marija mmexxija mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). F’ċerimonja ta’ gradwazzjoni li saret fil-Jum Dinji kontra l-Abbuż mid-Droga u t-Traffikar tad-Droga, il-President qal lill-gradwati li “issa li Read more…

Nerġa’ nsib l-għeruq billi nitgħallem il-Malti

L-għeruq Maltin tiegħi nista’ ngħid li jmorru sa Tas-Sliema, Birkirkara, l-Imsida u Għawdex, u dejjem kont kburija ħafna b’dan il-wirt. Ħafna membri tal-familja tiegħi emigraw lejn Londra u l-Awstralja fis-sittinijiet, meta kienu għadhom żgħażagħ. Jiena twelidt Londra. Dak iż-żmien, l-immigranti kienu mħeġġa jrabbu lit-tfal jitkellmu bl-Ingliż; madankollu jiena trabbejt qrib Read more…

“Ibqgħu ftakru minn xiex għaddejtu biex wasaltu s’hawn” – Il-President lil 14-il persuna li ggradwaw mill-Caritas Malta

Il-President George Vella feraħ lil erbatax-il persuna li temmew b’suċċess il-programm residenzjali terapewtiku ta’ Caritas Malta u fakkarthom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u jibqgħu jiftakru minn xiex għaddew biex waslu s’hawn. Waqt il-gradwazzjoni f’San Blas, il-President Vella qal li “intom erbatax-il storja differenti u f’kull waħda jispikka s-suċċess, il-kuraġġ Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, waqt iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, Caritas, Ħaż-Żebbuġ, 23 ta’ Ġunju 2023

Eċċellenza Monsinjur Isqof Awżiljarju, Monsinjur Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Sur Anthony Gatt, Direttur Caritas, Mistednin Distinti, Sinjuri, Nirringrazzja lill-Caritas li għal sena oħra għoġobha tistedinni għal din il-lejla ta’ ċelebrazzjoni.  Irrid nibda billi nifraħ lill-gradwati kollha. Prosit lilkom ilkoll. Erbatax huwa numru sabiħ ħafna.  Però kif insistejtu intom stess, Read more…

Messaġġ rekordjat mill-E.T. George Vella, Il-President ta’ Malta, f’Jum Dinji għas-Servizz Pubbliku, 23 ta’ Ġunju 2023.

Sinjuri, Ilqajt bi pjaċir din l-opportunità li nwasslilkom messaġġ fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġnus Magħquda, permezz ta’ Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali f’Diċembru 2002, ittieħdet id-deċiżjoni li l-ġurnata ta’ 23 Ġunju tkun iddedikata lis-Servizz Pubbliku. Hekk kif Malta qiegħda taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala Membru mhux Permanenti fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda, huwa Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-komunità Maltija f’Dubaj

Fl-aħħar impenn taż-Żjara Uffiċjali fl-Emirati Għarab Magħquda, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella kellhom laqgħa mad-dijaspora Maltija f’Dubaj. Il-President ħeġġeġ lill-komunità Maltija biex kemm fuq il-post tax-xogħol, fil-ħin liberu tagħhom u fil-mod ta’ kif iġibu rwieħhom ma’ ta’ madwarhom, iwasslu mhux biss il-valuri tagħhom bħala individwi, iżda wkoll dawk Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, waqt attività mal-Komunità Maltija fl-Emirati Għarab Magħquda, Dubaj, 21 ta’ Ġunju 2023.

Eċċellenza Tiegħek l-Ambaxxatriċi Marija Camilleri Calleja, Mistednin distinti, Sinjuri, L-ewwel nett, nibda billi nwassal ir-ringrazzjament tiegħi lilkom ilkoll li għoġobkom tingħaqdu magħna llejla.  Nixtieq ukoll inrodd ħajr pubblikament lill-Ambaxxatur Camilleri Calleja tal-għajnuna li hi u l-kollegi kollha tagħha taw lili u lid-delegazzjoni kemm qabel ġejna hawnhekk, u anki issa matul Read more…

STĦARRIĠ NAZZJONALI FUQ IL-QAGĦDA LINGWISTIKA F’MALTA

Kien ilu jinħass il-bżonn ta’ riċerka empirika aġġornata fuq is-sitwazzjoni lingwistika lokali. Snin ilu saru xi studji, imma kien għadu ma sarx stħarriġ wiesa’ li jkopri l-użu tal-lingwa f’sitwazzjonijiet differenti, mid-dar sal-post tax-xogħol, u li jistħarreġ ukoll il-preferenzi tal-Maltin f’kuntesti varji, bħal liema verżjoni jippreferu jaqraw meta jirċievu fuljett bilingwi, Read more…

It-Traduzzjoni u l-Identità Maltija

Dr Claudine Borg It-traduzzjoni mhix l-ewwel ħaġa li normalment tiġina f’moħħna meta naħsbu fl-identità Maltija u f’dak li jsawwarha. Madankollu – kif isostni Michael Cronin fi Translation and Identity –meta niddiskutu kwistjonijiet relatati mal-identità f’soċjetà umana, it-traduzzjoni għandha tkun fiċ-ċentru ta’ ħsibijietna. It-traduzzjoni, infatti, kellha u għad għandha sehem sinifikanti Read more…

Micallef Bridget, Inklużjoni

Fi tfuliti, minn meta bdejt nitgħallem naqra u nikteb l-iskola, inżergħet żerriegħa, żerriegħa li kibret u żviluppat fi mħabba għall-kotba. Qas kienet tgħaddili minn moħħi li din l-imħabba għall-kotba ser tkun l-isfog tiegħi fil-futur. Tul is-snin, il-preferenzi tiegħi għall-ġeneri ta’ kotba nbidlu, iżda l-ġeneru li jibqa’ dejjem il-favorit tiegħi huwa Read more…

Skip to content