The President of Malta

L-Ambaxxatur tar-Repubblika Arġentina, Roberto Manuel Carlés, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella.

L-Ambaxxatur tar-Repubblika Arġentina, Roberto Manuel Carlés, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard. Il-President laqa’ r-relazzjonijiet tajbin ħafna bejn Malta u l-Arġentina sa minn meta ġew stabbiliti formalment fl-1975. Il-President żied jgħid li minkejja d-distanza ġeografika kbira, Malta ħerqana li taħdem mal-Arġentina biex tapprofondixxi l-kooperazzjoni bilaterali Read more…

Diskors Ewlieni mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, waqt il-Konferenza Nazzjonali organizzata mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda bit-tema: Is-Soċjetajiet tal-Banda – Il-Futur B’Rabta Mal-Passat U L-Preżent L-Awla Magna, l-Università l-Antika, il-Belt Valletta, 12 ta’ Novembru 2022

Onorevoli Owen Bonnici, Onorevoli Zahra, Dr Noel Camilleri, Sur Nigel Vella, Sinjuri, Irrid nibda billi ngħid illi nota waħda ta’ mużika ma nafx naqra, u għandi dubju kemm-il strument kapaċi nagħraf minn banda. Hemm ċertu minnhom nafhom, ovvjament. Irrid ngħid ukoll li qatt ma kont dilettant tal-banda u l-unika ħaġa Read more…

140 artist jingħaqdu għall-ewwel kunċert “Il-Mużika Tgħaqqadna” fil-21 ta’ Diċembru li ġej

Fil-21 ta’ Diċembru li ġej se ssir l-ewwel edizzjoni tal-kunċert għall-Istrina, “Il-Mużika Tgħaqqadna” fl-MFCC, Ta’ Qali, bis-sehem ta’ ‘l fuq minn 140 artist li volontarjament se jtellgħu spettaklu għall-familja kollha b’risq The Malta Community Chest Fund (MCCF). Waqt it-tnedija, il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-mużiċisti minn 33 għaqda tal-banda, Read more…

“L-ilsien Malti kien fost l-impenji li ħassejtni fid-dmir li nagħti prijorità” – il-President George Vella waqt l-għoti tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja tal-investitura tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’, li din is-sena ngħatat lill-Professur Albert Borg għall-ħidma sfiqa tiegħu għall-iżvilupp tal-ilsien Malti. “Il-Professur Borg jixraqlu tassew li jidħol f’din ix-xirka ta’ Akkademiċi tal-Malti Onorati, aktar u aktar meta wieħed iżomm f’moħħu li mal-mixja tas-snin huwa ħadem Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella waqt l-għoti tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ lill-Professur Albert Borg, Il-Palazz ta’ Sant’Anton, 14 ta’ Novembru 2022.

Dott. George Farrugia, President tal-Akkademja tal-Malti, Sinjuri, Għeżież membri tal-Akkademja tal-Malti, Nistqarr magħkom li l-ewwel darba li sirt naf lill-Prof. Albert Borg kien meta ġejna biex inniedu l-Kampanja għall-Ilsien Malti fl-2020. Kif tafu, sa mill-ewwel indirizz li għamilt lill-poplu Malti meta sirt President, l-ilsien Malti kien fost l-impenji li ħassejtni Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, waqt it-tnedija tal-ktieb “8000 years of Water”, mill-Water Services Corporation, 10 ta’ Novembru 2022.

Sinjuri, Sur Karl Cilia, Mistednin, Bi pjaċir ningħaqad magħkom illum għal din l-okkażjoni, għax mhux biss qed inniedu ktieb li jitkellem fuq Malta, iżda qed nieħdu l-opportunità biex napprezzaw tassew kemm l-ilma huwa l-aktar riżorsa importanti u bażika għall-iżvilupp tal-ħajja inġenerali fuq din il-pjaneta, kif ukoll għall-ħajja ta’ kull soċjetà Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, għall-Premju Nazzjonali fil-Qasam tad-Dimensja, 5 ta’ Novembru 2022

Jiena, bħall-Ministru, wara li jkunu tkellmu nies ta’ ċertu kalibru u ċertu nies li qegħdin il-ħin kollu fuq dan il-qasam tad-dimensja, insibha diffiċli x’naqbad ngħid. Żgur li mhux se ngħidilkom x’inhi d-dimensja. Mhux se ngħidilkom li din m’għandhiex rispett, tattakka lil kulħadd, min f’każijiet soċjali… Sfortunatament qed naraw każijiet jibdew Read more…

Diskors tal-ftuħ mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, fil-Konferenza Malta X bl-isem ‘Frontieri tax-Xjenza: Innovazzjoni, Riċerka u Edukazzjoni fil-Lvant Nofsani – Pont għall-Paċi’, San Giljan, 7 Novembru 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Professor Zafra Lerman, President of the Malta Conferences Foundation, Excellencies, Distinguished guests, Let me begin by welcoming such a distinguished audience to Malta. And a special welcome to those of you who are visiting us for the first time. I know you will be coming back. It is indeed an Read more…

Id-dimensja hija kiefra għax tara l-għeżież tagħna qishom jisparixxu mill-identità tagħhom” – il-President ta’ Malta waqt il-Premju Nazzjonali fil-Qasam tad-Dimensja

Il-President George Vella qal li l-kefrija tad-dimensja hija li tara l-għeżież tagħna bħal donnu jisparixxu mill-identità tagħhom. Waqt is-serata ‘Premju Nazzjonali fil-Qasam tad-Dimensja’, il-President Vella qal li mingħajr iljieli ta’ rikonoxximent bħal dawn, x’aktarx li ma napprezzawx biżżejjed id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji kbar li jwettqu persuni li jaħdmu f’kull settur tal-kura Read more…

Tisjir mill-Qalb” din is-sena jiċċelebra l-prodott lokali frisk

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella segwew il-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni “Tisjir mill-Qalb 2022” qabel ma toħroġ għall-bejgħ b’risq The Malta Community Chest Fund. Din hija t-tlettax-il edizzjoni ta’ din is-sensiela. Fil-pubblikazzjoni ta’ din is-sena, 13-il kok qed jippreżentaw 73 riċetta tradizzjonali Maltija – ilkoll magħmulin minn prodotti lokali friski. Read more…

Skip to content