The President of Malta

Search
Close this search box.

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Marokk, Youssef Balla, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Filwaqt li laqa’ lill-ambaxxatur, il-President Vella rrefera għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn iż-żewġ pajjiżi, u li tul is-snin issaħħew permezz tal-parteċipazzjoni f’forums Mediterranji, bħall-Forum tal-Mediterran tal-Punent u l-Unjoni għall-Mediterran. Il-President Vella rrefera wkoll għall-appoġġ ta’ Malta għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk. Dwar il-qasam bilaterali, Read more…

Il-President ta’ Malta jtenni l-appoġġ kontinwu ta’ Malta lill-Kosovo fit-triq tiegħu lejn l-adeżjoni mal-UE

Fil-Kosovo, il-President George Vella kellu taħditiet uffiċjali mal-President Vjosa Osmani-Sadriu. Il-laqgħa bdiet b’konferma miż-żewġ naħat tar-relazzjonijiet eċċellenti li jagħqdu lil Malta u l-Kosovo. Il-President Vella tenna l-appoġġ kontinwu ta’ Malta lill-Kosovo fit-triq tiegħu biex isir membru sħiħ tal-UE u fakkar l-appoġġ ta’ Malta għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo f’forums multilaterali. Matul konferenza stampa Read more…

“It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja jikkontribwixxi b’mod dirett għal dinja aktar demokratika, ġusta, u ekwa” – il-President George Vella

Fuq stedina tal-President tal-Kosovo Vjosa Osmani-Sadriu, il-President ta’ Malta George Vella għamel diskors ewlieni fl-ewwel edizzjoni tal-“Women, Peace and Security Forum: Partnerships for Sustainable Peace” organizzat fi Pristina. Il-President Vella qal li jeħtieġ nagħrfu li t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja jikkontribwixxi b’mod dirett għal dinja aktar demokratika, ġusta, u Read more…

President Portrait

Il-President George Vella jibda żjara fil-Kosovo

Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta dalgħodu għal żjara fil-Kosovo, fejn se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Kosovo, Vjosa Osmani-Sadriu. L-impenji tal-President Vella fil-Kosovo se jinkludu wkoll laqgħat separati mal-Prim Ministru Albin Kurti u mal-Ispeaker tal-Parlament, Glauk Konjufca. Fuq stedina tal-President Osmani-Sadriu, is-Sibt filgħodu l-President Vella se jindirizza Read more…

Is-Sur Vincent Gauci u l-Perit Godwin Cassar huma r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju Buonamico

Dan il-premju annwali, organizzat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, jirrikonoxxi l-kontibut siewi ta’ persuni favur il-bijodiversità u l-ambjent. Fid-diskors tiegħu waqt l-għoti tal-premjijiet, il-President George Vella stqarr li l-armonija, ir-rispett, u l-għożża għandhom ikunu muturi li jixprunawna lejn il-ġejjieni. Qal li minn lenti aktar wiesgħa, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi mhux biss Read more…

“L-Innu Malti jibqa’ innu li jgħaqqadna u li jgħożż l-għaqda” – il-President George Vella

Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-Innu Malti, il-President George Vella stqarr li l-Innu Malti huwa parti mill-memorja kollettiva tal-poplu u għadu jimmarkalna l-boxxla li fuqha jeħtieġ li nimxu biex nibqgħu ngħożżu l-valuri tagħna. F’serata f’ġieħ il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila bit-tema “L-Innu Malti – 100 sena magħna”, il-President Vella qal li “l-Innu Malti Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota

L-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota, akkumpanjat minn delegazzjoni, għamel żjara ta’ korteżija lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton. It-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kanada tul għexieren ta’ snin ġie diskuss minn perspettivi differenti, li jvarjaw minn skambji fil-livell politiku għal kuntatti kummerċjali u bejn il-popli. Dwar dan l-aħħar Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Greċja

Illum waranofsinhar il-President Vella laqa’ lil Nikos Dendias, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ellenika, fi żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-Ministru Dendias irringrazzja lill-President għal-laqgħa u fakkar li din kienet it-tieni okkażjoni li ltaqgħu f’dawn l-aħħar sentejn wara ż-żjara preċedenti tiegħu f’Malta fi Frar tal-2020. Sar riferiment ukoll għaż-żjara f’Malta Read more…

Il-President George Vella jinawgura wirja tal-arti ‘But I See Beauty’

Il-President George Vella nieda l-wirja tal-arti bit-titlu “But I See Beauty”, b’risq il-Malta Community Chest Fund, bix-xogħol ta’ 35 artist li b’ġenerożità offrew ix-xogħol tagħhom biex jinġabru fondi għal din il-kawża nobbli. Matul it-tnedija tal-wirja, il-President Vella rringrazzja lill-artisti kollha u lill-Kumitat tal-Arti għall-isforzi biex ix-xogħlijiet tal-arti, li ser ikunu Read more…

“L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta

L-anzjanità għandna narawha b’lenti pożittiva. Stqarr dan il-President George Vella waqt is-serata ‘Premju Anzjanità Attiva’ li fissirha bħala okkażjoni li matulha niċċelebraw il-kwalitajiet u s-sehem siewi tal-anzjani fis-soċjetà. Din is-sena, bħala tema għall-Jum Internazzjonali tal-Anzjani, in-Nazzjonijiet Magħquda għażlet ‘Ir-reżiljenza tal-anzjani f’dinja li qiegħda dejjem tinbidel’, b’enfasi partikolari fuq il-kontribut tan-nisa Read more…

Skip to content