The President of Malta

Il-President jirringrazzja lil Caritas Malta għall-ħidma mar-residenti ta’ San Blas

Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-ħaddiema ta’ Caritas Malta, li qed jipprovdu ‘bagalja ta’ għodda’ lir-residenti li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga f’San Blas. Akkumpanjat mis-Sinjura Vella, il-President Vella żar ir-residenza ta’ Caritas Malta f’San Blas, fejn iltaqa’ mal-45 resident li bħalissa qed isegwu wieħed mit-tliet programmi offruti Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjan, Najla El Mangoush

Il-President George Vella u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjan Najla El Mangoush iddiskutew l-aħħar żviluppi fil-Libja , fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard. Matul l-iskambji, il-President Vella fakkar l-impenn kontinwu ta’ Malta għal pajjiż stabbli li jibni futur demokratiku għall-poplu tiegħu. L-istabbiltà politika attwali hija ta’ tħassib mhux biss għall-poplu Libjan iżda wkoll Read more…

Il-faċċati ta’ żewġ Palazzi tal-President jinxtegħlu għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

Mil-lejl li għadda, il-faċċati tal-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b’ lewn aħmar b’ġest ta’ rikkonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm, u sabiex jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm. Il-faċċati ta’ dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm fl-14 ta’ Ġunju. It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Read more…

Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, qiegħed isir xogħol professjonali u rringrazzja lil kull min huwa involut fil-proġett ta’ restawr imexxi minn Heritage Malta. “Naħseb li kien xieraq li palazz bħal dan, li huwa ġojjell, wieħed jagħmel minn kollox biex jerġa’ jġibu lura għal dak Read more…

Il-President Vella jfisser il-Valletta Design Cluster bħala mod kif jiġu żviluppati t-talenti

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miram Vella żaru l-Valletta Design Cluster, spazju kreattiv u kulturali ġdid iddedikat għall-kreattività u d-disinn fil-kapitali, taħt il-kappa tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Fi tmiem iż-żjara, il-President Vella feraħ lil min ġietu l-idea, lil min approva l-idea, u lill-ħaddiema kollha li wettqu dik l-idea Read more…

Il-President ta’ Malta jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn kapijiet tal-missjoni ġodda

Tliet kapijiet tal-missjoni diplomatika ġodda ppreżentaw il-kredenzjali diplomatiċi tagħhom lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ San Anton. Il-Kummissarju Għoli tal-Kanada Elissa Goldberg kienet l-ewwel waħda li ppreżentat l-Ittri ta’ Kummissjoni tagħha lill-President Vella. Matul iċ-ċerimonja, il-President Vella u l-Kummissarju Għoli Goldberg għamlu referenza għall-potenzjal li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi fis-settur kummerċjali, filwaqt Read more…

“Anke min hu vittma ta’ dipendenza għandu postu fis-soċjetà” – il-President ta’ Malta

Waqt konferenza bit-tema ‘Ix-xogħol…u l-addiction?’ organizzata mill-Fondazzjoni OASI b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tar-Reġjun Tramuntana, il-President ta’ Malta osserva li l-ħidma tal-Fondazzjoni OASI tmur lil hinn mill-irwol oriġinali tagħha ta’ ċentru għar-riabilitazzjoni. Fisser kif b’ħidmietha, il-fondazzjoni qed tixpruna d-djalogu fuq fenomenu soċjali li sa ftit ilu kien meqjus bħala taboo u u tiġbor Read more…

President Portrait

Diskors tal-President ta’ Malta George Vella waqt iċ-ċena statali fis-Sacra Infermeria, il-Belt Valletta

E.T. President Michael D. Higgins Onorevoli Prim Ministru Onorevoli Speaker E.T. Monsinjur Arċisqof Eċċellenzi Mistednin Distinti Bi pjaċir kbir nilqa’ lilek għażiż President Higgins flimkien mas-Sinjura tiegħek Sabina, fostna l-Maltin u l-Għawdxin, waqt din iż-Żjara Statali li ser tkompli ssaħħaħ il-ħbiberija bejn iż- żewġ pajjiżi u popli tagħna. Għażiż President Read more…

Il-President George Vella u l-President Michael D. Higgins ifaħħru r-rabtiet u l-affinitajiet kulturali u storiċi bejn Malta u l-Irlanda

Il-President ta’ Malta George Vella laqa’ lill-President tal-Irlanda Michael D. Higgins fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard. Waqt it-taħditiet uffiċjali, iddiskutew fid-dettall l-istat u l-potenzjal tar-relazzjoni bilaterali bejn Malta u l-Irlanda u l-isforzi internazzjonali tagħhom fl-interess tal-paċi u l-istabbiltà. Iddiskutew ukoll diversi kwistjonijiet li bħalissa jinsabu fl-aġenda tal-Unjoni Ewropea, bħall-Konferenza dwar il-Futur Read more…

President Portrait

Żjara Statali tal-President tal-Irlanda f’Malta

Il-President tal-Irlanda Michael D. Higgins nhar l-Erbgħa se jibda Żjara Statali ta’ tlett ijiem f’Malta.  Matulha l-President tal-Irlanda, li se jkun akkumpanjat minn martu Sabina, se jkollu taħditiet mal-President ta’ Malta George Vella.  Il-President tal-Irlanda mistenni jkollu wkoll laqgħat mal-Prim Ministru Robert Abela, mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, u mal-Kap Read more…

Skip to content