The President of Malta

Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn kapijiet tal-missjoni ġodda

Tliet kapijiet tal-missjoni diplomatika ġodda ppreżentaw il-kredenzjali diplomatiċi tagħhom lill-President ta’ Malta, Dr George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. L-Ambaxxatur tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Khaled Mohamed Sameh Anis kien l-ewwel wieħed li ppreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella. Il-President Vella għamel riferiment għar-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Eġittu u Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-membri tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Il-President George Vella ltaqa’ mal-membri tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis. Għal din il-laqgħa kien ukoll preżenti l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici. Il-President Vella saħaq dwar l-importanza tal-professjonalità għal min jaħdem f’dan il-qasam u esprima sodisfazzjon li l-membri tal-awtorità kollha għandhom kwalifiki, għarfien u esperjenza wiesgħa fl-oqsma tal-mediċina, tal-psikoloġija, u Read more…

President Portrait

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta jifraħ lil Dr Roberta Metsola għall-kisba notevoli tagħha hekk kif ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew. Il-President George Vella qal li ser jirnexxilha taqdi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kbar li ġġorr din il-kariga. Din hija wkoll kisba importanti ħafna għal pajjiżna, li għal darba oħra ta prova li jekk Read more…

Il-President George Vella jindirizza l-Forum Dinji taż-Żgħażagħ

Fuq stedina tal-President Eġizzjan Abdel Fattah El Sisi, ilbieraħ il-President George Vella indirizza virtwalment il-Forum Dinji taż-Żgħażagħ li qed isir fil-jumejn li ġejjin fil-belt ta’ Sharm el-Sheikh. Il-Forum kien ġie sospiż għal sentejn minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-pandemija u reġa’ ġie organizzat din is-sena bit-tema “COVID 19: A warning to humanity Read more…

Telefonata mal-President Xi Jinping

Il-President George Vella kellu telefonata mal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Xi Jinping, fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju mill-istabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iċ-Ċina u Malta. Iż-żewġ presidenti qablu li r-relazzjonijiet huma eżemplari u bbażati fuq ir-rispett reċiproku u d-djalogu. Huma laqgħu r-riżultati tanġibbli u l-kooperazzjoni estensiva matul dawn il-ħamsin sena, filwaqt li osservaw ukoll Read more…

Jinġabru ’l fuq minn €5.8 miljun għall-Community Chest Fund waqt is-26 edizzjoni ta’ ‘L-Istrina’

Is-somma li nġabret sa tmiem is-26 edizzjoni tax-xandira annwali ta’ ġbir tal-fondi ‘L-Istrina’, organizzata minn The Malta Community Chest Fund Foundation nhar il-Ħadd, is-26 ta’ Diċembru 2021, kienet ta’ ’l fuq minn €5,845,000 miljun, bid-donazzjonjiet jibqgħu deħlin anki wara li ntemmet ix-xandira. Is-sena l-oħra, is-somma miġbura kienet ta’ ftit aktar Read more…

President Portrait

Messaġġ tal-Milied lill-poplu Malti mill-President ta’ Malta George Vella 2021

Għeżież Maltin u Għawdxin, Insellmilkom. Nittama li kellkom Milied Hieni u li qegħdin tgawdu dawn il-ġranet ta’ Festi mal-qraba u l-għeżież tagħkom, f’atmosfera ta’ ġabra u ta’ ħbiberija sinċiera. Dan il-messaġġ ta’ kull sena, nagħtih ħafna importanza mhux biss għax idaħħalni fid-djar tagħkom f’dan iż-żmien sabiħ, iżda wkoll għax inħoss Read more…

President Portrait

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Uffiċċju tal-President javża li l-President ta’ Malta u s-Sra Vella saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19. F’dawn iċ-ċirkustanzi, illum għamlu swab test li rriżulta negattiv iżda ddeċidew li jagħmlu awtoiżolament bħala miżura ta’ prekawzjoni. Saru arranġamenti biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jitmexxew Read more…

Il-President iħeġġeġ biex jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema f’dawn iż-żminijiet diffiċli

Waqt is-serata annwali tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2021, li ġiet organizzata mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, ġew onorati sitt individwi, tliet organizzazzjonijiet, u tim. Meta indirizza ċ-ċerimonja, li din is-sena kellha t-tema ‘Nirrikonoxxu s-Sehem tal-Ħaddiema Tagħna’, il-President ta’ Malta George Vella fakkar fid-diversi sfidi u Read more…

Il-President jitkellem b’mod ċar dwar l-irwol kostituzzjonali tiegħu

“L-ewwel u qabel kollox il-President irid ikollu rispett għall-istat, il-governabbiltà, l-istabbiltà politika u anke lejn l-istess Kostituzzjoni”. Stqarr dan il-President ta’ Malta, George Vella waqt li indirizza serata kommemorattiva tar-Repubblika fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex. F’riflessjonijiet dwar ir-realtajiet preżenti, il-President Vella spjega l-importanza li wieħed iħaddem il-poter li għandu b’rispett Read more…

Skip to content