The President of Malta

Il-President jenfasizza l-potenzjal li tiġġedded ir-rabta storika bejn Malta u l-Ordni ta’ Malta

L-Ordni Sovran ta’ Malta u r-Repubblika ta’ Malta għad għandhom potenzjal kbir biex iġeddu r-rabta storika bejniethom u, għal darba oħra, jaħdmu flimkien biex iġeddu u jżommu ħajja l-preżenza talOrdni f’Malta, qal il-President ta’ Malta George Vella fil-ftuħ tat-tieni simpożju mis-Sensiela ta’ Simpożji Kulturali tal-Presidenza. Is-simpożju, bit-tema ‘Malta and the Read more…

Il-President jirċievi l-kredenzjali mingħand tliet Kapijiet ta’ Missjoni ġodda

Tliet Kapijiet ta’ Missjoni ġodda ppreżentaw il-kredenzjali diplomatiċi tagħhom lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2021. L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Iraq, Safia Taleb Al-Souhail, kienet l-ewwel waħda li ppreżentat l-Ittri tal-Kredenzjali tagħha. Il-President Vella esprima l-appoġġ tiegħu lill-poplu tal-Iraq hekk kif jinsab fit-triq ta’ rikostruzzjoni Read more…

Jitħabbar it-Tieni Simpożju mis-Sensiela ta’ Simpożji Kulturali tal-Presidenza

Wara s-suċċess tal-ewwel simpożju kulturali li sar flimkien mal-Ambaxxata Franċiża f’Malta, lUffiċċju tal-President ser jorganizza t-tieni simpożju kulturali li din id-darba ser jiffoka fuq l-Ordni Sovran ta’ Malta. Is-simpożju ser isir nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru biex jikkoinċidi wkoll mal-festa tal-Beatu Ġerardu, il-fundatur tal-Ordni ta’ Ġerusalemm fl-1048. Dan it-tieni simpożju Read more…

Il-President George Vella jitkellem dwar l-importanza tat-taħriġ fis-snajja waqt żjara f’Halmann Vella

“Ma rridux inaqqsu mill-importanza tat-taħriġ fis-snajja u l-manifattura bħalha settur b’saħħtu flekonomija ta’ pajjiżna”, stqarr il-President ta’ Malta George Vella waqt żjara li kellu t-Tlieta filgħodu fil-kumpanija Halmann Vella. Huwa rrefera wkoll għall-bżonn tar-rispett lejn il-ħaddiem u ż-żamma tal-armonija industrijali fuq il-post tax-xogħol. Il-President Vella tkellem dwar dan filwaqt li Read more…

Il-President iwissi li l-ambjent naturali mhux riżorsa infinita

Il-President ta’ Malta, George Vella, esprima tama li naslu f’punt fejn ilkoll kemm aħna nifhmu li lambjent naturali huwa riżorsa minnu nnifsu; riżorsa li mhix infinita. Meta kien qed jitkellem waqt iċċerimonja tal-għoti tal-Premju Buonamico 2021, organizzata mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (l-ERA) fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il-patroċinju tiegħu, il-President wissa Read more…

Jissoktaw l-inizjattivi tal-President favur aktar apprezzament tal-wirt storiku

Bħala parti mill-impenn tiegħu biex in-nies isiru jafu, jifhmu, u japprezzaw aktar il-kultura u l-istorja Maltija, il-President ta’ Malta George Vella qed jissokta bl-inizjattivi biex ikabbar l-aċċessibbiltà u l-għarfien tal-pubbliku dwar it-tliet binjiet storiċi – il-Palazz tal-Belt, il-Palazz ta’ Sant’Anton, u lPalazz Verdala – li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Read more…

Il-President ta’ Malta jippresjedi ċerimonja sħiħa tal-kredenzjali wara t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19

Wara diversi xhur fejn setgħet issir biss ċerimonja ristretta tal-kredenzjali minħabba l-pandemija talCovid-19, nhar il-Ħamis 30 ta’ Settembru, il-President ta’ Malta seta’ jorganizza ċerimonja sħiħa talkredenzjali. L-ewwel li ppreżentat l-Ittri Kredenzjali tagħha kienet l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Franċiża Agnès Von Der Mühll. L-iskambji ta’ natura bilaterali ffukaw l-iktar fuq it-tisħiħ tal-kuntatti fil-kummerċ, Read more…

Il-President ta’ Malta jesprimi l-importanza ta’ approċċ ta’ multilateraliżmu fl-affarijiet barranin

Il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib tiegħu dwar il-populiżmu waqt li rrimarka dwar l-importanza ta’ approċċ ta’ multilateraliżmu fl-affarijiet barranin. Il-President Vella semma dawn il-kwistjonijiet fl-indirizz tiegħu lill-mistednin f’attività organizzata mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġermanja b’tifkira tas-57 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta. “Kemm Malta kif ukoll il-Ġermanja għandhom għal qalbhom l-approċċ Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President f’laqgħa uffiċjali mal-President tal-Ġermanja

Matul il-jum tal-Ħamis, il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-President tal-Ġermanja Frank-Walter Steinmeier fil-Palazz Presidenzjali Bellevue, f’Berlin. Il-koppja Presidenzjali Ġermaniża laqgħet lill-President u lis-Sinjura Vella, u wara bdiet il-laqgħa uffiċjali bejn il-Presidenti George Vella u Frank-Walter Steinmeier. Minbarra r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, matul il-laqgħa ġew diskussa għadd ta’ temi Read more…

Skip to content